+Artikolu 16 Linji gwida u rakkomandazzjonijiet
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 2a.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
|
Artikolu 16 Linji gwida u rakkomandazzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
L-Awtorità, sabiex tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni, għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti kollha jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha u toħroġ rakkomandazzjonijiet għal awtorità kompetenti waħda jew aktar jew għal istituzzjoni finanzjarja waħda jew aktar. Il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu f’konformità mal-għotjiet ta’ setgħa mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jew f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 16 2.
|
L-Awtorità, fejn xieraq, għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa rigward il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li hija toħroġ u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati tal-ħruġ ta’ dawn il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet. Dawk il-konsultazzjonijiet u analiżijiet għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, in-natura u l-impatt tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet. L-Awtorità, meta jkun xieraq, għandha titlob ukoll parir mill-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmija fl-Artikolu 37. Fejn l-Awtorità ma tagħmilx konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa jew ma titlobx parir mill-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati, l-Awtorità għandha tagħti raġunijiet għal dan.
|
|
Artikolu 16 2a.
|
Il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet ma għandhomx sempliċiment jirreferu għal, jew jirriproduċu, elementi ta’ atti leġislattivi. Qabel ma toħroġ linja gwida jew rakkomandazzjoni ġdida, l-Awtorità għandha l-ewwel tirrevedi l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet eżistenti, sabiex tevita kwalunkwe duplikazzjoni.
|
|
Artikolu 16 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet.
Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta’ linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità kompetenti għandha tikkonferma jekk tikkonformax jew jekk hijiex biħsiebha tikkonforma ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. F’każ li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew ma tkunx biħsiebha tikkonforma, għandha tinforma lill-Awtorità u tagħti r-raġunijiet tagħha.
L-Awtorità għandha tippubblika l-fatt li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew ma tkunx biħsiebha tikkonforma ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-Awtorità tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ, li tippubblika r-raġunijiet provduti mill-awtorità kompetenti għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tirċievi notifika bil-quddiem dwar tali pubblikazzjoni.
Jekk ikun meħtieġ minn din il-linja gwida jew rakkomandazzjoni, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrappurtaw, b’mod ċar u dettaljat, jekk jikkonformawx jew le ma’ din il-linja gwida jew rakkomandazzjoni.
|
|
Artikolu 16 4.
|
Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet kollha li jkunu nħarġu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1093
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|