|
+Artikolu 21 2. |
Artikolu 21 2.L-Awtorità għandha tieħu t-tmexxija biex jiġi żgurat funzjonament konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri għal istituzzjonijiet transkonfinali madwar l-Unjoni, filwaqt li tikkunsidra r-riskju sistemiku maħluq mill-istituzzjonijiet finanzjarji msemmi fl-Artikolu 23, u għandha, fejn xieraq, issejjaħ laqgħa ta’ kulleġġ. Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu u tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha titqies bħala “awtorità kompetenti” skont it-tifsira tal-leġislazzjoni rilevanti. L-Awtorità tista’:
(a)
tiġbor u tikkondividi l-informazzjoni rilevanti kollha f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-kulleġġ u tistabbilixxi u tmexxi sistema ċentrali biex tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-kulleġġ;
(b)
tagħti bidu għal, u tikkoordina, testijiet tal-istress fl-Unjoni kollha f’konformità mal-Artikolu 32 biex tivvaluta r-reżiljenza ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, b’mod partikolari r-riskju sistemiku ppreżentat minn istituzzjonijiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 23, għal żviluppi negattivi fis-swieq, u tevalwa l-potenzjal li jikber ir-riskju sistemiku f’sitwazzjonijiet ta’ stress, waqt li jiġi żgurat li tiġi applikata metodoloġija konsistenti fil-livell nazzjonali għal tali testijiet u, fejn adatt, tindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti biex jiġu korretti kwistjonijiet identifikati fit-test tal-istress, inkluża rakkomandazzjoni biex isiru valutazzonijiet speċifiċi; hija tista’ tirrakkomanda lill-awtoritajiet kompetenti biex jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post, u tista’ tipparteċipa f’tali spezzjonijiet fuq il-post, sabiex tiżgura l-komparabbiltà u l-affidabbiltà tal-metodi, tal-prattiki u tar-riżultati tal-valutazzjonijiet fl-Unjoni kollha;
(c)
tippromwovi attivitajiet superviżorji effettivi u effiċjenti, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji li l-istituzzjonijiet finanzjarji huma jew jistgħu jkun esposti għalihom kif determinat skont il-proċess ta’ rieżami superviżorju jew f’sitwazzjonijiet ta’ stress;
(d)
tissorvelja, f’konformità mal-kompiti u s-setgħat speċifikati f’dan ir-Regolament, il-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti; u
(e)
titlob aktar deliberazzjonijiet ta’ kulleġġ fi kwalunkwe każ fejn hija tikkunsidra li d-deċiżjoni tirriżulta f’applikazzjoni skorretta tal-liġi tal-Unjoni jew ma tikkontribwixxix għall-għan ta’ konverġenza tal-prattiki superviżorji. Hija tista’ tirrikjedi wkoll lill-kontrollur li jikkonsolida li jippjana laqgħa tal-kulleġġ jew iżid punt mal-aġenda ta’ laqgħa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|