L-Awtorità għandha, f’kollaborazzjoni mal-BERS, u f’konformità mal-Artikolu 23, tiżviluppa sett komuni ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi (tabella operattiva dwar riskji) biex tidentifika u tkejjel ir-riskju sistemiku.
▼B
L-Awtorità għandha tiżviluppa wkoll sistema adegwata għas-simulazzjoni ta’ kriżijiet biex jgħin fl-identifikazzjoni ta’ dawk l-istituzzjonijiet li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku. Dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni aktar qawwija, u fejn meħtieġ, għall-proċeduri ta’ rkupru u riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 25.