+Artikolu 22 Dispożizzjonijiet ġenerali dwar ir-riskju sistemiku
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 1a.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
|
Artikolu 22 Dispożizzjonijiet ġenerali dwar ir-riskju sistemiku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
L-Awtorità għandha tikkunsidra b’mod dovut ir-riskju sistemiku kif definit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Hija għandha tindirizza kwalunkwe riskju ta’ tħarbit fis-servizzi finanzjarji li:
(a)
ikun ikkawżat minn dgħufija tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ partijiet minnha; u
(b)
li jkollu l-potenzjal ta’ konsegwenzi negattivi serji għas-suq intern u għall-ekonomija reali.
L-Awtorità għandha tikkunsidra, fejn adatt, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta’ riskju sistemiku kif żviluppati mill-BERS u l-Awtorità u tirrispondi għal twissijiet u rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-BERS skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
|
|
Artikolu 22 1a.
|
Tal-inqas darba fis-sena, l-Awtorità għandha tikkunsidra kemm ikun xieraq li twettaq valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha dwar ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, b’konformità mal-Artiolu 32, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-kunsiderazzjonijiet tagħha. Meta jitwettqu valutazzjonijiet bħal dawn mal-Unjoni kollha u l-Awtorità tqis li jkun xieraq li tagħmel dan, hija għandha tiżvela r-riżultati għal kull istituzzjoni finanzjarja parteċipanti.
|
|
Artikolu 22 2.
|
L-Awtorità għandha, f’kollaborazzjoni mal-BERS, u f’konformità mal-Artikolu 23, tiżviluppa sett komuni ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi (tabella operattiva dwar riskji) biex tidentifika u tkejjel ir-riskju sistemiku.
▼B
L-Awtorità għandha tiżviluppa wkoll sistema adegwata għas-simulazzjoni ta’ kriżijiet biex jgħin fl-identifikazzjoni ta’ dawk l-istituzzjonijiet li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku. Dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni aktar qawwija, u fejn meħtieġ, għall-proċeduri ta’ rkupru u riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 25.
|
|
Artikolu 22 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tfassal, kif meħtieġ, linji gwida u rakkomandazzjonijiet addizzjonali għall-istituzzjonijiet finanzjarji, biex jittieħed kont tar-riskju sistemiku li huma joħolqu.
L-Awtorità għandha tiżgura li r-riskju sistemiku maħluq mill-istituzzjonijiet finanzjarji jiġi kkunsidrat fl-iżvilupp tal-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni fl-oqsma stabbiliti fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).
|
|
Artikolu 22 4.
|
Fuq talba minn awtorità kompetenti waħda jew aktar, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, jew il-Kummissjoni, jew bl-inizjattiva tagħha stess, l-Awtorità tista’ tagħmel inkjesta dwar tip partikolari ta’ istituzzjoni finanzjarja jew tip ta’ prodott jew tip ta’ kondotta sabiex tevalwa theddid potenzjali għall-istabbilità tas-sistema finanzjarja jew għall-protezzjoni tal-klijenti jew tal-konsumaturi. Wara inkjesta mwettqa skont l-ewwel subparagrafu, il-Bord tas-Superviżuri jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità tista’ tuża s-setgħat mogħtija lilha taħt dan ir-Regolament, inkluż l-Artikolu 35
|
|
Artikolu 22 5.
|
Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura koordinazzjoni ġenerali u transsettorjali tal-attivitajiet imwettqa f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1093
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|