|
+Artikolu 31 2. |
Artikolu 31 2.L-Awtorità għandha tippromwovi rispons koordinat tal-Unjoni, fost l-oħrajn billi:
(a)
tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;
(b)
tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni u tivverifika, fejn xieraq, l-affidabbiltà tal-informazzjoni li għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha;
(c)
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, twettaq medjazzjoni mhux vinkolanti fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti jew fuq inizjattiva tagħha stess;
(d)
tinnotifika mingħajr dewmien lill-BERS, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe sitwazzjoni potenzjali ta’ emerġenza;
(e)
tieħu l-miżuri xierqa f’każ ta’ żviluppi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji bl-għan tal-koordinament tal-azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;
(ea)
tieħu l-miżuri xierqa biex tikkoordina azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat id-dħul fis-suq ta’ atturi jew prodotti li jiddependu fuq l-innovazzjoni teknoloġika;
(f)
tiċċentralizza l-informazzjoni li tasal mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 21 u 35 b’riżultat tal-obbligi ta’ rapportar regolatorju tal-istituzzjonijiet. L-Aworità għandha tikkondividi dik l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|