|
+Artikolu 35a 10. |
Artikolu 35a 10.L-Awtorità, il-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i), u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom stess, jagħtu aċċess għall-informazzjoni miksuba meta jwettqu dmirijiethom għall-użu mill-ġdid minn istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi u entitajiet oħra li jkollhom interess leġittimu f’dik l-informazzjoni għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, dment li l-Awtorità, il-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2, il-punt (i), jew l-awtorità kompetenti li tagħti aċċess, tkun żgurat li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
ikunu ttieħdu l-miżuri meħtieġa biex l-informazzjoni tiġi anonimizzata b’mod li jipprevjeni l-identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, lill-entitajiet, lis-suġġetti tad-data u, meta tkun l-Awtorità jew il-Bank Ċentrali Ewropew li tagħti aċċess għall-informazzjoni, lill-Istati Membri;
(b)
l-informazzjoni tkun ġiet immodifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll dwar divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, inklużi s-sigrieti kummerċjali jew il-kontenut kopert mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. L-informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe awtorità għandha tiġi kondiviża skont l-ewwel subparagrafu f’każ biss li jkun hemm il-kunsens tal-awtorità li inizjalment tkun kisbet dik l-informazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|