+Artikolu 35a Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra
---+Artikolu 35a 1.
---+Artikolu 35a 2.
---+Artikolu 35a 3.
---+Artikolu 35a 4.
---+Artikolu 35a 5.
---+Artikolu 35a 6.
---+Artikolu 35a 7.
---+Artikolu 35a 8.
---+Artikolu 35a 9.
---+Artikolu 35a 10.
---+Artikolu 35a 11.
---+Artikolu 35a 12.
|
Artikolu 35a Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35a 1.
|
L-Awtorità u l-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i), għandhom jikkondividu, fuq bażi regolari jew skont il-każ, informazzjoni li jkunu kisbu minn istituzzjonijiet finanzjarji jew l-awtoritajiet l-oħra meta jwettqu dmirijiethom u li tirriżulta mill-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, mal-awtoritajiet l-oħra fuq talba, dment li l-awtorità rikjedenti tkun intitolata tikseb dik l-informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji jew l-awtoritajiet l-oħra skont il-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 35a 2.
|
L-Awtorità u l-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i), għandhom jitolbu informazzjoni minn kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet l-oħra li jkunu kisbu dik l-informazzjoni, minflok ma jitolbuha direttament mill-istituzzjonijiet finanzjarji, dment li l-Awtorità jew il-Bank Ċentrali Ewropew, kif applikabbli, ikunu intitolati jiksbu dik l-informazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni. L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Awtorità jew tal-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i), li jiksbu l-informazzjoni mitluba mill-istituzzjonijiet finanzjarji meta l-awtorità l-oħra ma tkunx tista’ tikkondividi l-informazzjoni, meta tkun meħtieġa azzjoni urġenti jew meta l-kisba tal-informazzjoni direttament mill-istituzzjonijiet finanzjarji tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-Awtorità jew tal-Bank Ċentrali Ewropew skont il-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 35a 3.
|
Talba għall-iskambju ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tindika l-bażi legali skont il-liġi tal-Unjoni li tintitola lill-awtorità rikjedenti tikseb l-informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew l-awtoritajiet l-oħra. L-awtorità rikjedenti, l-Awtorità u l-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i), għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tas-segretezza professjonali u l-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 70 u 71 ta’ dan ir-Regolament, fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u fil-leġiżlazzjoni settorjali li japplikaw għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-awtorità rikjedenti, u bejn l-istituzzjoni finanzjarja u l-Awtorità u l-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i).
|
|
Artikolu 35a 4.
|
Meta l-Awtorità jew il-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i), jiskambjaw informazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dawn għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jinfurmaw lil kull awtorità li mingħandhom ikunu kisbu l-informazzjoni jew kull istituzzjoni finanzjarja, jekk l-informazzjoni tkun inkisbet mill-istituzzjonijiet finanzjarji direttament, dwar l-iskambju. Fil-każ ta’ skambji rikorrenti jew perjodiċi ta’ informazzjoni, l-Awtorità jew il-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i), għandhom ikunu obbligati jinfurmaw lill-istituzzjoni finanzjarja jew lill-awtorità li mingħandha ikunu kisbu l-informazzjoni darba biss.
|
|
Artikolu 35a 5.
|
B’deroga mill-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità u l-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i), ma għandhomx ikunu obbligati jinfurmaw lill-awtorità jew lill-istituzzjoni finanzjarja, kif applikabbli, dwar l-iskambju ta’ informazzjoni meta tiġi ssodisfata waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-informazzjoni tkun ġiet anonimizzata b’tali mod li ma tibqax relatata ma’ xi persuna fiżika identifikata jew identifikabbli u li l-istituzzjoni finanzjarja jew entitajiet ġuridiċi oħra ma jibqgħux identifikabbli; jew
(b)
l-informazzjoni tkun ġiet modifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll tad-divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, inkluż is-sigrieti kummerċjali, u biex tiġi protetta d-data personali permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 (
21
) u (UE) 2018/1725 (
22
) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
|
|
Artikolu 35a 6.
|
B’deroga mill-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità u l-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i), ma għandhomx jinfurmaw lill-istituzzjoni finanzjarja dwar l-iskambju ta’ informazzjoni jekk jiddeterminaw, jew ikunu infurmati mill-awtorità rikjedenti, li dan jista’ jikkomprometti l-proċedimenti, l-azzjonijiet jew l-investigazzjonijiet superviżorji jew ta’ riżoluzzjoni li jkunu għaddejjin.
|
|
Artikolu 35a 7.
|
Il-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll għal informazzjoni li l-Awtorità u l-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i), ikunu rċievu mingħand istituzzjoni finanzjarja jew l-awtoritajiet l-oħra u li fuqha sussegwentement ikunu wettqu verifiki tal-kwalità jew li jkunu pproċessaw mod ieħor.
|
|
Artikolu 35a 8.
|
Sabiex jiġu ffaċilitati l-iskambji ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 7 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità u l-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i), u l-awtoritajiet l-oħra jistgħu jidħlu f’memoranda ta’ qbil dwar l-arranġamenti għal tali skambji. Il-memoranda ta’ qbil jistgħu jispeċifikaw ukoll arranġamenti għall-kondiviżjoni tar-riżorsi għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni kondiviża. Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta lill-Awtorità u lill-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i), u lill-awtoritajiet l-oħra, tiżviluppa gwida dwar l-elementi ewlenin ta’ tali memoranda ta’ qbil.
|
|
Artikolu 35a 9.
|
Il-paragrafi 1 sa 8 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u ma għandhomx jipprevjenu jew jirrestrinġu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Awtorità jew il-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i), u l-awtoritarjiet l-oħra f’konformità ma’ dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament jew ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. F’każ ta’ kunflitt bejn dan l-Artikolu u dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirregola l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Awtorità jew il-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i), u l-awtoritajiet l-oħra, għandhom jipprevalu tali dispożizzjonijiet oħra.
|
|
Artikolu 35a 10.
|
L-Awtorità, il-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i), u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom stess, jagħtu aċċess għall-informazzjoni miksuba meta jwettqu dmirijiethom għall-użu mill-ġdid minn istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi u entitajiet oħra li jkollhom interess leġittimu f’dik l-informazzjoni għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, dment li l-Awtorità, il-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2, il-punt (i), jew l-awtorità kompetenti li tagħti aċċess, tkun żgurat li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
ikunu ttieħdu l-miżuri meħtieġa biex l-informazzjoni tiġi anonimizzata b’mod li jipprevjeni l-identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, lill-entitajiet, lis-suġġetti tad-data u, meta tkun l-Awtorità jew il-Bank Ċentrali Ewropew li tagħti aċċess għall-informazzjoni, lill-Istati Membri;
(b)
l-informazzjoni tkun ġiet immodifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll dwar divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, inklużi s-sigrieti kummerċjali jew il-kontenut kopert mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
L-informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe awtorità għandha tiġi kondiviża skont l-ewwel subparagrafu f’każ biss li jkun hemm il-kunsens tal-awtorità li inizjalment tkun kisbet dik l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 35a 11.
|
Sal-11 ta’ Novembru 2027, l-Awtorità u l-Bank Ċentrali Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i), għandhom, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti, jirrappurtaw lura lill-Kummissjoni dwar l-ostakli legali kollha fil-leġiżlazzjoni settorjali li jżommuhom, bi kwalunkwe mod, milli jiskambjaw informazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra jew ma’ entitajiet oħra. Ir-rapport jista’ jindirizza wkoll rekwiżiti ta’ rappurtar mhux materjali, obsoleti, duplikati jew b’xi mod ieħor irrilevanti. Jista’ jinkludi wkoll suġġerimenti biex tittejjeb il-konsistenza bejn ir-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-entitajiet finanzjarji u mhux finanzjarji. Ir-rapport għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari, fejn meħtieġ. Filwaqt li tqis ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-obbligi tas-segretezza professjonali u l-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex jitneħħew tali ostakli legali fil-leġiżlazzjoni settorjali sabiex jitrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra.
|
|
Artikolu 35a 12.
|
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, tal-Artikolu 35(4) u tal-Artikolu 70(3), ‘awtoritajiet oħra’ tfisser kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:
(b)
l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol);
(c)
l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq);
(d)
awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), ta’ dan ir-Regolament;
(e)
awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010;
(f)
awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (3), tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;
(g)
l-awtoritajiet li jiffurmaw il-Mekkaniżmu superviżorju uniku, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;
(h)
il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB, Single Resolution Board), kif stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014;
(i)
awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(j)
l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AMLA), kif stabbilita bir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
23
);
(k)
superviżuri finanzjarji, kif definit fl-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
24
).
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘istituzzjoni finanzjarja’ tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu japplikaw għall-Bank Ċentrali Ewropew, kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (2)(i), ta’ dan ir-Regolament, ‘awtoritajiet oħra’ tfisser kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet elenkati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ħlief għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jiffurmaw parti mill-Mekkaniżmu superviżorju uniku.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1093
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|