+ANNESS II DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TAS-SISTEMI TA’ L-EGŻOST BĦALA UNITAJIET SEPARATI (SISTEMI TA’ SOSTITUZZJONI TA’ L-EGŻOST)

ANNESS II DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TAS-SISTEMI TA’ L-EGŻOST BĦALA UNITAJIET SEPARATI (SISTEMI TA’ SOSTITUZZJONI TA’ L-EGŻOST)

ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TAS-SISTEMI TA’ L-EGŻOST BĦALA UNITAJIET SEPARATI (SISTEMI TA’ SOSTITUZZJONI TA’ L-EGŻOST)

1.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

1.1.

L-applikazzjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3 (4) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew ta’ komponent tagħha bħala unità teknika separata għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mill-manifattur ta’ l-unità teknika separata kkonċernata.

1.2.

Fl-Appendiċi 1 qed jidher il-mudell tad-dokument ta’ tagħrif.

1.3.

Fuq talba tas-servizz tekniku ikkonċernat, l-applikant għandu jippreżenta:

1.3.1.

żewġ eżempji tas-sistema li għaliha saret l-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KEE,

1.3.2.

sistema ta’ l-egżost tat-tip oriġinali installata fil-vettura meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip KEE,

1.3.3.

vettura rappreżentattiva ta’ dan it-tip li fuqha se tiġi installata s-sistema, li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-entrata 4.1 ta’ l-Anness 7 tar-Regolament UN/ECE Nru 51 kif imsemmija fl-Annex III ta’ din id-Direttiva.

1.3.4.

magna separata li tikkorrispondi għat-tip tal-vettura deskritta hawn fuq.

2.   IMMARKAR

2.4.1.

Is-sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew tal-komponenti tagħha, minbarra l-l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, għandu jkollhom:

2.4.1.1.

it-trade mark jew l-isem kummerċjali tal-manifattur tas-sistema ta’ sostituzzjoni u tal-komponenti tagħha,

2.4.1.2.

id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur,

2.4.2.

Dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar, ukoll meta s-sistema tiġi installata fil-vettura.

3.   L-GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

3.1.

Jekk ir-rekwiżiti rilevanti jkunu sodisfatti, għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, fejn japplika, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE.

3.2.

L-Appendiċi 2 jagħti mudell taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

3.3.

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip skond l-Anness VII għad-Direttiva 70/156/KEE għandu jiġi assenjat lil kull tip ta’ sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew komponent tagħha approvat bħala unità teknika separata; it-taqsima 3 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandha tindika n-numru tad-Direttiva li qiegħda temenda li kienet applikabbli fil-mument ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. L-istess Stat Membru ma għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew għal komponent tagħha.

4.   IMMARKAR TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

4.1.

Kull sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew komponent tagħha, minbarra l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, li tikkonforma ma’ tip approvat taħt din id-Direttiva għandu jkollha marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

4.2.

Din il-marka għandha tikkonsisti f’rettangolu madwar l-ittra żgħira “e” u warajha l-ittra/i jew in-numru li jiddistingwu l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

“1” għall-Ġermanja

“2” għal Franza

“3” għall-Italja

“4” għall-Olanda

“5” għall-Iżvezja

“6” għall-Belġju

“7” għall-Ungerija;

“8” għar-Repubblika Ċeka;

“9” għal Spanja

“11” għar-Renju Unit

“12” għall-Awstrija

“13” għal-Lussemburgu

“17” għall-Finlandja

“18” għad-Danimarka

“19” għar-Rumanija;

“20” għall-Polonja

“21” għall-Portugall

“23” għall-Greċja

“24” għall-Irlanda

▼M13

“25” għall-Kroazja

▼M12

“26” għas-Slovenja;

“27” għas-Slovakkja;

“29” għall-Estonja;

“32” għal-Latvja;

“34” għall-Bulgarija;

“36” għal-Litwanja;

“49” għal Ċipru;

“50” għal Malta.

Għandha tinkludi wkoll fil-viċinanza tar-rettanglu “in-numru bażiku ta’ l-approvazzjoni” li jinsab fit-Taqsima 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmmi fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, ippreċedut biż-żewġ ċifri li jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lill-emenda teknika maġġuri l-aktar riċenti tad-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE li kienet applikkabli fil-mument ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. Għad-Direttiva 70/157/KEE, in-numru tas-sekwenza huwa 00; għad-Direttiva 77/212/KEE, in-numru tas-sekwenza huwa 01; għad-Direttiva 84/424/KEE, in-numru tas-sekwenza huwa 02; għad-Direttiva 92/97/KEE u din id-Direttiva, in-numru tas-sekwenza huwa 03. In-numru ta’ sekwenza 03 jirrifletti wkoll ir-rekwiżiti tekniċi tas-serje 00 ta’ emendi tar-Regolament UN/ECE Nru 59.

4.3.

Il-marka għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma titħassarx ukoll meta s-sistema ta’ l-egżost jew tal-komponent tagħha tkun installata fil-vettura.

4.4.

Eżempju tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE tidher fl-Appendiċi 3.

5.   MODIFIKA TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

5.1.

Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

6.1.

Miżuri biex jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.2.

Dispożizzjonijiet speċjali:

6.2.1.

It-testijiet imsemmija fil-punt 2.3.5 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE huma dawk preskritti fl-Anness 5 tar-Regolament 59 ta’ l-UN/ECE kif imsemmi fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.

6.2.2.

Il-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet imsemmija fl-entrata 3 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE normalment hija darba kull sentejn.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.07.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:31970L0157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.