|
+Artikolu 2 |
Artikolu 2Artikolu 2 Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:
(a)
“ħama” tfisser:
(i)
ħama residwali minn impjanti tad-drenaġġ li jittrattaw ilmijiet tad-drenaġġ domestiku jew urban u minn impjanti tad-drenaġġ li jittrattaw ilma maħmuġ li jkollu komposizzjoni simili għal dak tad-drenaġġ domestiku u urban;
(ii)
ħama residwali li tkun ġejja minn tankijiet tossiċi u stallazzjonijiet simili oħra għat-trattament tad-drenaġġ;
(iii)
ħama residwali li tkun ġejja minn impjanti tad-drenaġġ oħrajn li mhumiex imsemmija f’ (i) u (ii);
(b)
“ħama ttrattata” tfisser: ħama li tkun għaddiet minn trattament bioloġiku, kemiku jew termali, ħażna fuq perjodu twil ta’ żmien jew minn proċess xieraq ieħor biex inaqqas b’mod sinifikanti l-fermentabilità tagħha u l-perikli għas-saħħa li jirriżultaw mill-użu tagħha;
(ċ)
“Agrikoltura” tfisser: it-tkabbir tat-tipi kollha ta’ ħxejjex ta’ l-ikel li jinbiegħu fis-suq, kif ukoll l-allevament ta’ merħliet ta’ annimali;
(d)
“użu” jfisser: it-tixrid tal-ħama fuq il-ħamrija jew kull applikazzjoni oħra ta’ ħama fil-ħamrija;
(e)
"servizzi ta’ data ġeografika" tfisser servizzi ta’ data ġeografika kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(f)
"sett ta’ data ġeografika" tfisser sett ta data ġeografika kif definita fil-punt 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/2/KE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|