|
+Artikolu 5 |
Artikolu 5Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li: (a) kull effluwent akweju li joħroġ mill-fabbrikazzjoni tas-siment ta' l-asbestos jiġi riċiklat. Meta dan ir-riċiklaġġ ma jkunx ekonomikament prattikabbli, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li l-iskart likwidu li jkun fih l-asbestos ma jirriżultax fit-tniġġis ta' l-ambjent akwatiku u ta' setturi oħra inkluża l-arja. Għal dan l-iskop: — għandu japplika l-valur tal-limitu ta' 30 gramma tat-total tal-materjal f'sospensjoni għal kull m3 ta' l-effluwent akweju skarigat, — l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom, għal kull impjant involut, jispeċifikaw il-volum ta' l-iskarigi fl-ilma tal-kwantità totali tal-materjal f'sospensjoni skarigat għal kull tunnellata metrika tal-prodott filwaqt li titqies is-sitwazzjoni speċifika ta' l-impjant. Dawn il-limiti għandhom japplikaw fil-punt fejn l-ilmijiet ta' l-iskart iħallu l-impjant industrijali. (b) Kull effluwent akweju li joriġina mill-fabbrikazzjoni tal-karta jew kartun ta' l-asbestos jkunu riċiklati. B'dankollu, l-iskarigu ta' l-effluwent akweju li jkun fih iktar minn 30 gramma ta' materjal f'sospensjoni għal kull m3 ta' ilma jista jiġi awtorizzat matul it-tindif jew il-manutenzjoni ta' rutina ta' l-impjant. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|