|
+Artikolu 3 ---+Article 3 1. ---+Article 3 1a. ---+Article 3 2. |
Artikolu 3Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-agglomerazzjonijiet kollha jkunu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir għall-ilma mormi urban, — sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2000 għal dawk li jkollhom popolazzjoni ekwivalenti (e.p.) ta’ aktar minn 15 000 ruħ, u — sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005 għal dawk li jkollhom e.p. ta’ bejn l-2 000 u il-15 000 ruħ. Għall-ilma mormi urban li jispiċċa f’ilmijiet li jilqgħu dan id-drenaġġ u li huma kkunsidrati bħala “żoni sensittivi” kif mfisser taħt l-Artikolu 5, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li sistemi ta’ ġbir ikunu disponibbli sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1998 għall-agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 10 000 e.p. Fejn it-twaqqif ta’ sistemi ta’ ġbir ma jkunx iġġustifikat jew għaliex dan ma jkun jipprovdi l-ebda benefiċċju ambjentali jew għaliex ikun jinvolvi spiża eċċessiva, għandhom jintużaw sistemi individwali jew sistemi adatti oħra li jkunu jilħqu l-istess livell ta’ protezzjoni ambjentali. (1a) B'deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1, fir-rigward tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-Majott”) Franza għandha tiżgura li l-agglomerazzjonijiet kollha jkunu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir għall-ilma mormi urban: — sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020 għal agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 10 000 p.e., li se jkopru mill-inqas 70 % tat-tagħbija ġġenerata fil-Majott; — sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2027 għal agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 2 000 p.e. 2. Is-sistemi ta' ġbir deskritti fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Taqsima A ta' l-Anness I. Il-Kummissjoni tista' temenda dawk ir-rekwiżiti. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|