Artikolu 9
Fejn l-ilmijiet li jkunu fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru jkunu affettwati b’mod negattiv minn skariki ta’ ilma mormi minn Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li l-ilmijiet tiegħu huma affettwati jistgħu javżaw lill-Istat Membru l-ieħor u lill-Kummissjoni dwar il-fatti relevanti.
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jorganizzaw, fejn ikun xieraq mal-Kummissjoni, il-konċentrazzjoni neċessarja biex jidentifikaw l-skariki in kwistjoni u l-miżuri li għandhom jittieħdu fis-sors biex jiġu protetti l-ilmijiet li jkunu affettwati u biex b’hekk tiġi żgurata konformità mad- dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.