|
+Artikolu 15 ---+Article 15 1. ---+Article 15 2. ---+Article 15 3. ---+Article 15 4. ---+Article 15 5. |
Artikolu 15Artikolu 15 1. L-awtoritjiet kompetenti jew l-entitajiet xierqa għandhom jissorveljaw: — l-iskariki minn impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi urban biex jivverifikaw il-konformità mal-kriterji ta’ l-Anness I. B, skond il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti fl-Anness I. D, — l-ammonti u l-komposizzjoni tal-ħama li tintrema fl-ilmijiet tas-superfiċi. 2. L-awtoritajiet kompetenti jew l-entitajiet xierqa għandhom jissorveljaw l-ilmijiet fejn iseħħu skariki minn impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi urban u skariki diretti, hekk kif deskritt fl-Artikolu 13, f’każijiet fejn huwa mistenni li l-ambjent riċeventi se jkun affettwat b’mod sinifikanti. 3. Fil-każ ta’ skarika suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 u fil-każ ta’ disponiment ta’ ħama fl-ilmijiet tas-superfiċi, l-Istati Membri għandhom jissorveljaw u jagħmlu studji relevanti oħra biex jivverifikaw li l-emissjoni jew id-disponiment ma jkunx jaffettwa lill-ambjent b’mod negattiv. 4. L-informazzjoni miġbura mill-awtoritjiet kompetenti jew mill-entitajiet xierqa f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tinżamm fl-Istat Membru u tkun disponibbli lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mill-irċevuta ta’ talba. 5. Il-Kummissjoni tista' tifformula linji gwida dwar is-sorveljanza msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|