|
+Artikolu 17 ---+Article 17 1. ---+Article 17 2. ---+Article 17 3. ---+Article 17 4. ---+Article 17 5. |
Artikolu 17Artikolu 17 1. L-Istati Membri għandhom sal-31 ta’ Diċembru 1993 iwaqqfu programm għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tistabbilixxi programm għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Ġunju 2014. 2. L-Istati Membri għandhom sat-30 ta’ Ġunju 1994 jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-programm. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar il-programm sal-31 ta’ Diċembru 2014. 3. L-Istati Membri għandhom, jekk ikun meħtieġ, jipprovdu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sentejn b’aġġornament ta’ l-informazzjoni deskritta fil-paragrafu 2. 4. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2), il-metodi u l-formati li għandhom jiġu adottati għar-rappurtar fuq il-programmi nazzjonali. Kwalunkwe emenda għal dawn il-metodi u formati għandha tiġi adottata skond dik il-proċedura. 5. Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tirrevedi u tagħmel stima ta’ l-informazzjoni li hija tkun ireċeviet skond il-paragrafi 2 u 3 t’hawn fuq, u għandha tippubblika rapport fuqha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|