+Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 2

Għall-iskop ta’ din id-Direttiva:

(a) 

“ilma ta’ taħt l-art”: ifisser l-ilma kollu li jkun taħt il-wiċċ ta’ l-art fiż-żona tas-saturazzjoni u f’kuntatt dirett ma l-art jew mal-ħamrija tal-qiegħ;

(b) 

“ilma ħelu”: ifisser ilma li jiġri b’mod naturali li għandu konċentrazzjoni baxxa ta’ mluħa, li huwa spiss aċċettabbli bħala tajjeb għalbiex jiġi sseparat u ttrattat biex isir ilma tax-xorb;

(ċ) 

“komponent tan-nitroġenu”: ifisser kull sustanza li fiha jkun jinsab in-nitroġenu minbarra n-nitroġenu molekulari fil-għamla ta’ gass;

(d) 

“bhejjem”: ifissru l-bhejjem/annimali kollha miżmuma għall-użu jew għall-profitt;

(e) 

“fertilizzant”: ifisser kull sustanza li jkun fiha komponent tan-nitrogenu jew komponenti tan-nitrogenu utilizzati fir-raba għalbiex jgħinu t-tkabbir tal-pjanti u s-siġar; jista’ jkun fih id-demel ta’ l-annimali, il-fdalijiet mill-farms tal-ħut u l-ħama tad-drenaġġ;

(f) 

“fertilizzant kimiku”: ifisser kull ferilizzant li jiġi fabbrikat bi proċess industrijali;

(g) 

“demel tal-bhejjem”: ifisser il-prodotti ta’ l-iskart tal-ħmieġ ta’ l-intestini tal-bhejjem/annimali jew taħlita tat-tiben ta’ taħt il-bhejjem/annimali u prodotti ta’ l-iskart tal-ħmieġ ta’ l-intestini tal-bhejjem/annimali, saħansitra jekk fil-għamla pproċessata;

(h) 

“applikazzjoni fuq l-art”: tfisser iż-żieda ta’ materjali mal-ħamrija sewwa bit-tixrid fuq il-wiċċ, sewwa bit-tidħil ġewwa l-ħamrija, sewwa bit-tqegħid taħt il-wiċċ u sewwa bit-taħlit mas-saffi tal-wiċċ;

(i) 

“ewtrofikazzjoni”: tfisser il-għoti tas-sinjurija lill-ilma bil-komponenti tan-nitroġenu, li jwassal għat-tkabbir imgħaġġel ta’ l-alka u għamliet ogħla tal-ħajja tal-pjanti hekk li jipproduċu disturbanza mhix mixtieqa fil-bilanċ ta’ l-organiżmi li jinsabu fl-ilma u fil-kwalità ta’ l-ilma interessat;

(j) 

“tniġġis”: ifisser l-iskarigu, b’mod dirett jew indirett, tal-komponenti tan-nitroġenu minn sorsi agrikoli fl-ambjent akwatiku, li r-riżultati tiegħu huma hekk illi jikkaġunaw perikli għall-ħajja tal-bniedem, ħsara għar-riżorsi ħajjin u għall-ekosistemi ta’ l-ilma, ħsara għall-amenitajiet jew interferenza fuq l-użi l-oħra leġittimi ta’ l-ilma;

(k) 

“żona vulnerabbli”: tfisser żona ta’ art deskritta skond l-Artikolu 3(2).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:31991L0676
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.