+Artikolu 6 1.

Artikolu 6 1.

Bil-għan tan-nominazzjoni u l-korrezzjoni tan-nomini taż-żoni vulnerabbli, l-Istati Membri għandhom:

(a) 

fi żmien sentejn min-notifika tad-Direttiva, jimmonitorjaw il-konċentrazzjoni tan-nitrat fl-ilma ħelu għall-perjodu taż-żmien ta’ sena:

(i) 

fl-istazzjonijiet tat-teħid ta’ kampjuni ta’ l-ilma tal-wiċċ, stabbiliti fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 75/440/KEE u/jew fi stazzjonijiet oħra ta’ teħid tal-kampjuni li huma rappreżentattivi ta’ ilmijiet tal-wiċċ ta’ l-Istati Membri, mill-inqas darba fix-xahar u aktar spiss fil-perjodi taż-żmien ta’ l-għargħar;

(ii) 

fl-istazzjonijiet tat-teħid tal-kampjuni li huma rappreżentattivi ta’ l-akwiferi ta’ l-ilma ta’ taħt l-art ta’ l-Istati Membri, f’intervalli regolari u jagħtu kas tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/778/KEE;

(b) 

jirrepetu l-programm ta’ monitoraġġ deskritt fil-qosor f’(a) mill-inqas kull erba’ snin, għajr għal dawk l-istazzjonijiet tat-teħid tal-kampjuni fejn il-konċentazzjoni tan-nitrat fil-kampjuni kollha ta’ qabel kienet taħt il-25 mg/l u fejn ma jkun deher l-ebda fattur ġdid li x’aktarx iżid il-kontenut tan-nitrat, fejn, f’dan il-każ, il-programm tal-monitoraġġ jeħtieġ jiġi mtenni biss kull tmien snin;

(ċ) 

jirrevedu l-istat ewtrofiku ta’ l-ilma ħelu tagħhom tal-wiċċ, l-ilmijiet estwarji u l-ilmijiet kostali kull erba’ snin.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:31991L0676
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.