+ANNESS II IL-KODIĊI(JIET) TA’ PRATTIKA AGRIKOLA TAJBA

ANNESS II IL-KODIĊI(JIET) TA’ PRATTIKA AGRIKOLA TAJBA




ANNESS II

IL-KODIĊI(JIET) TA’ PRATTIKA AGRIKOLA TAJBA

A. 

Kodiċi jew kodiċijiet ta’ prattika agrikola tajba bil-mira li jitnaqqas it-tniġġis min-nitrati u jingħata kas tal-kondizzjonijiet fir-reġjuni differenti tal-Komunità għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li jkopru l-intestaturi li ġejjin, sakemm ikunu rilevanti:

1. 

il-perjodi taż-żmien meta l-applikazzjoni ta’ fertilizzant fir-raba tkun barra minn lokha;

2. 

l-applikazzjoni ta’ fertilizzant fuq art b’xaqliba wieqfa ħafna;

3. 

l-applikazzjoni ta’ fertilizzant fuq art mifqugħa bl-ilma, imgħarrqa, iffriżata jew miksija bil-borra;

4. 

il-kondizzjonijiet sabiex jiġi applikat il-fertilizzant fir-raba’ qrib il-korsijiet ta’ ilma;

5. 

il-kapaċità u l-kostruzzjoni tal-kontenituri li jaħżnu d-demel ta’ l-annimali, inklużi miżuri li jipprevjienu t-tniġġis ta’ ilma meta l-likwidi li jkun fihom id-demel tal-bhejjem tar-riezet u l-effluwenti mill-materjali tal-pjanti maħżuna bħall-għalf tal-ħaxix, jiskulaw jew inixxu fl-ilma ta’ taħt l-art u l-ilma tal-wiċċ;

6. 

il-proċeduri sabiex jiġu applikati fir-raba, inklużi r-rata u l-uniformità tat-tferrix, kemm tal-fertilizzanti kimiċi u kemm tad-demel ta’ l-annimali, li żżomm it-telf tan-nutrijenti fl-ilma għal livell aċċettabbli.

B. 

L-Istati Membri jistgħu ukoll jinkludu fil-kodiċj/jiet ta’ prattiċi agrikoli tajba l-intestaturi li ġejjin:

7. 

il-ġestjoni ta’ l-użu ta’ l-art, inklużi s-sistemi tan-newba u l-proporzjon tad-daqs ta’ l-art mogħtija għall-prodotti li ma jitbiddlux skond kif għandhomu x’jaqsmu l-uċuh tar-raba maħdum kull sena;

8. 

iż-żamma ta’ kwantità minima ta’ kisja ta’ ħaxix matul il-perjodi taż-żmien (tax-xita) li tixrob in-nitroġenu mill-ħamrija li li kieku xorta oħra kien jista’ jikkawża t-tniġġis minn-nitrat fl-ilma;

9. 

kif jiġu stabbiliti l-pjani tal-għoti tal-ferilizzant fuq il-bażi ta’ għalqa b’għalqa u ż-żamma tar-reġistrazzjonijiet dwar l-użu tal-ferilizzant;

10. 

il-prevenzjoni tat-tniġġiż ta’ l-ilma meta dan jiskula u meta l-moviment tiegħu jinżel iktar fil-fond mill-għeruq tal-wiċċ fis-sistemi tat-tisqija.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:31991L0676
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.