L-Artikolu 10
L-Istati Membri għandhom jippruvaw iħajru, fejn jaraw li hu meħtieġ, fil-politika ta’ l-ippjanar ta’ l-art tagħhom u fil-politika ta’ l-iżvilupp u, b’mod partikolari, biex itejbu l-koerenza ekoloġika tan-network Natura 2000, l-immaniġjar tal-karatteristiċi tal-paesaġġ li huma ta’ importanza kbira għall-fawna u l-flora selvaġġa.
Dawk il-karatteristiċi huma dawk li, minħabba l-istruttura lineari u kontinwa tagħhom (bħal xmajjar bil-firdiet tagħhom jew is-sistemi tradizzjonali biex jiddistingwu l-konfini bejn l-għelieqi) jew il-funzjoni tagħhom ta’ waqfiet ta’ kollegament bejn post u ieħor (bħal vaski jew boskijiet żgħar) huma essenzjali għall-migrazzjoni, tixrid u skambji ġenetiċi ta’ l-ispeċi selvaġġi.