+L-Artikolu 12
---+L-Artikolu 12 1.
---+L-Artikolu 12 2.
---+L-Artikolu 12 3.
---+L-Artikolu 12 4.

L-Artikolu 12

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
L-Artikolu 12 1.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu sistema ta’ ħarsien strett ta’ l-ispeċi ta’ l-annimali msemmija fl-Anness IV (a) fil-firxa naturali tagħhom, u li jipprojbixxu:

(a) 

l-forom kollha ta’ qbid volontarju jew qtil ta’ kampjuni minn dawn l-ispeċi fis-selvaġġ;

(b) 

tfixkil volontarju ta’ dawn l-ispeċi, speċjalment waqt il-perjodu tat-tgħammir, tkabbir, ibernazzjoni u migrazzjoni;

(ċ) 

qerda volontarja jew teħid tal-bajd mis-selvaġġ;

(d) 

deterjorazzjoni jew qerda ta’ siti tat-tgħammir jew postijiet ta’ mistrieħ.

L-Artikolu 12 2.
Għal dawn l-ispeċi, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu ż-żamma, it-trasport u l-bejgħ jew skambju, u offerta għall-bejgħ jew skambju, ta’ kampjuni meħuda mis-selvaġġ, ħlief għal dawk meħuda b’mod legali qabel ma tiġi implimentata din id-Direttiva.
L-Artikolu 12 3.
Il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 (a) u (b) u fil-paragrafu 2 tgħodd għall-istadji kollha tal-ħajja ta’ l-annimali li għalihom japplika dan l-Artikolu.
L-Artikolu 12 4.
L-Istati Membri għandhom iwaqqfu sistema biex jissorveljaw il-qbid u l-qtil aċċidentali ta’ l-ispeċi ta’ l-annimali msemmija fl-Anness IV (a). In vista ta’ l-informazzjoni miġbura, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ulterjuri ta’ riċerka jew ta’ konservazzjoni kif meħtieġa biex jiżguraw li l-qbid aċċidentali u l-qtil ma jkollhomx effett negattiv sinifikanti fuq l-ispeċi konċernati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:31992L0043
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.