+Artikolu 6a Regoli għall-kalkolu tal-ilħiq tal-miri
---+Artikolu 6a 1.
---+Artikolu 6a 2.
---+Artikolu 6a 3.
---+Artikolu 6a 4.
---+Artikolu 6a 5.
---+Artikolu 6a 6.
---+Artikolu 6a 7.
---+Artikolu 6a 8.
---+Artikolu 6a 9.
|
Artikolu 6a Regoli għall-kalkolu tal-ilħiq tal-miri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6a 1.
|
Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ jekk intlaħqux il-miri stipulati fil-punti (f) sa (i) u l-Artikolu 6(1):
(a)
L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-piż tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat u riċiklat f’sena kalendarja partikolari. Il-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ fi Stat Membru tista’ titqies li tkun daqs l-ammont ta’ imballaġġ li jitpoġġa fis-suq fl-istess sena, fi ħdan dak l-Istat Membru;
(b)
il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jiġi kkalkulat bħala l-piż tal-iskart mill-imballaġġ li sar skart li, wara li jkun għadda mill-verifiki, is-separazzjonijiet u operazzjonijiet preliminari oħra kollha meħtieġa biex jitneħħew il-materjali tal-iskart li mhumiex immirati mir-riproċessar sussegwenti u biex jiġi żgurat riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, jidħol fl-operazzjoni ta’ riċiklaġġ fejn il-materjali tal-iskart huma fil-fatt ipproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi.
|
|
Artikolu 6a 2.
|
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jitkejjel meta l-iskart jidħol fl-operazzjoni ta’ riċiklaġġ. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat jista’ jitkejjel fl-output ta’ kwalunkwe operazzjoni ta’ separazzjoni, sakemm:
(a)
tali output ta’ skart huwa sussegwentement riċiklat;
(b)
il-piż tal-materjali jew tas-sustanzi li jitneħħew minn operazzjonijiet ulterjuri qabel l-operazzjoni ta’ riċiklaġġ u mhumiex sussegwentement riċiklati mhuwiex inkluż fil-piż tal-iskart rrappurtat bħala riċiklat.
|
|
Artikolu 6a 3.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ traċċabbiltà tal-iskart mill-imballaġġ, sabiex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (a) fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Biex tiġi żgurata affidabbiltà u akkuratezza fid-data miġbura dwar l-iskart mill-imballaġġ riċiklat, is-sistema tista’ tikkonsisti minn reġistri elettroniċi maħluqin skont l-Artikolu 35(4) tad-Direttiva 2008/98/KE, speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti ta’ kwalità tal-iskart separat, jew rati medji ta’ telf għall-iskart isseparat għal diversi tipi ta’ skart u prattiki ta’ mmaniġġjar tal-iskartrispettivament. Ir-rati medji ta’ telf għandhom jintużaw biss f’każijiet fejn id-data affidabbli ma tistax tinkiseb b’mod ieħor u għandhom jiġu kkalkolati abbażi tar-regoli ta’ kalkolu stabbiliti fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 11a (10) tad-Direttiva 2008/98/KE.
|
|
Artikolu 6a 4.
|
Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ jekk il-miri stipulati fil-punti (f) sa (i) tal-Artikolu 6(1) intlaħqux, l-ammont ta’ skart mill-imballaġġ bijodegradabbli li jsirlu trattament aerobiku u anerobiku jista’ jingħadd bħala riċiklat meta dak it-trattament jiġġenera kompost, diġestat jew output ieħor bi kwantità simili ta’ kontenut riċiklat meta mqabbel mal-input, li għandu jintuża bħala prodott, materjal jew sustanza riċiklati. Meta l-output huwa użat fuq l-art, l-Istati Membri jistgħu jgħodduh bħala riċiklat biss jekk dan l-użu jirriżulta f’benefiċċji għall-agrikoltura jew titjib ekoloġiku.
|
|
Artikolu 6a 5.
|
L-ammont ta’ materjali tal-iskart mill-imballaġġ li waqaf milli jkun skart b’riżultat ta’ operazzjoni ta’ tħejjija qabel ma jiġi pproċessat mill-ġdid, jista’ jingħadd bħala skart riċiklat sakemm tali materjali jkunu maħsuba għal ipproċessar sussegwenti mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi li huma destinati għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra. Madankollu, materjali tat-tmiem tal-iskart li jintużaw bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija, jew sabiex ikunu inċinerati, jintradmu jew jintremew f’landfills, ma għandhomx jingħaddu fil-kalkolu tal-kisba tal-miri tar-riċiklaġġ.
|
|
Artikolu 6a 6.
|
Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ jekk ikunu intlaħqu l-miri stipulati fil-punti (f) sa (i), fl-Artikolu 6(1), l-Istati Membri jistgħu jqisu r-riċiklaġġ tal-metalli separati wara l-inċinerazzjoni tal-iskart proporzjonalment mas-sehem tal-iskart mill-imballaġġ inċinerat, sakemm il-metalli riċiklati jilħqu ċerti kriterji ta’ kwalità stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 11a(9) tad-Direttiva 2008/98/KE.
|
|
Artikolu 6a 7.
|
L-iskart mill-imballaġġ mibgħut lil Stat Membru ieħor għall-finijiet ta’ riċiklaġġ f’dak l-Istat Membru l-ieħor jista’ jingħadd biss lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fil-punti (f) sa (i) tal-Artikolu 6(1) mill-Istat Membru fejn l-iskart mill-imballaġġ ikun inġabar.
|
|
Artikolu 6a 8.
|
L-iskart mill-imballaġġ esportat mill-Unjoni għandu jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fl-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva mill-Istat Membru fejn ikun inġabar biss jekk ikunu ġew issodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u jekk, skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
), l-esportatur jista’ jagħti prova li l-vjeġġ tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament u li t-trattament tal-iskart mill-imballaġġ barra mill-Unjoni jkun sar f’kundizzjonijiet ġeneralment ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 6a 9.
|
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta sal-31 ta’ Marzu 2019 atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar tad-data, b’mod partikolari fir-rigward tal-piż tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.07.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:31994L0062
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|