+L-Artikolu 12 Sistemi ta’ informazzjoni u rappurtar
---+L-Artikolu 12 1.
---+L-Artikolu 12 2.
---+L-Artikolu 12 3a.
---+L-Artikolu 12 3b.
---+L-Artikolu 12 3c.
---+L-Artikolu 12 3d.
---+L-Artikolu 12 4.
---+L-Artikolu 12 6.
|
L-Artikolu 12 Sistemi ta’ informazzjoni u rappurtar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
L-Artikolu 12 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi d-databases fuq l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ jiġu mibnija, fejn mhux diġà jeżistu, fuq bażi armonizzata sabiex jgħinu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-monitorjar ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva.
|
|
L-Artikolu 12 2.
|
Il-bażijiet tad-data msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu d-data bbażata fuq l-Anness III, u għandhom jipprovdu b’mod partikolari informazzjoni dwar id-daqs, il-karatteristiċi u l-evoluzzjoni tal-flussi tal-imballaġġ u tal-iskart mill-imballaġġ fil-livell tal-Istati Membri individwali, inkluża l-informazzjoni dwar it-tossiċità jew il-periklu tal-materjali tal-imballaġġ u l-komponenti użati għall-manifattura tagħhom.
|
|
L-Artikolu 12 3a.
|
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena kalendarja, id-data dwar l-implimentazzjoni tal-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 6(1) u d-data dwar l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża. Għandhom jirrappurtaw id-data b’mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data. Id-data għandha tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni abbażi tal-Anness III skont il-paragrafu 3d ta’ dan l-Artikolu. L-ewwel perijodu ta’ rappurtar, fir-rigward tal-miri stabbiliti fil-punti (f) sa (i) fl-Artikolu 6(1) u d-data dwar l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża, għandu jibda fl-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rappurtar, skont il-paragrafu 3d ta’ dan l-Artikolu, u għandu jkopri d-data għal dak il-perjodu ta’ rappurtar.
|
|
L-Artikolu 12 3b.
|
Id-data rrappurtata mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika tal-kwalità, u rapport dwar il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 6a(3) u (8), inkluża informazzjoni dettaljata dwar ir-rati medji ta’ telf meta applikabbli.
|
|
L-Artikolu 12 3c.
|
Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid id-data rrappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultati tal-eżami mill-ġdid tagħha. Ir-rapport għandu jivvaluta l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data, is-sorsi tad-data u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta’ dik id-data. Il-valutazzjoni tista’ tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal wara l-ewwel rappurtar tad-data mill-Istati Membri u kull erba’ snin wara dan.
|
|
L-Artikolu 12 3d.
|
Sal-31 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format għar-rappurtar tad-data skont il-paragrafu 3a ta’ dan l-Artikolu. Għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom juzaw il-format stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE (
6
). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2) ta’ din id-Direttiva.
|
|
L-Artikolu 12 4.
|
Meta jipprovdu informazzjoni ddettaljata l-Istati Membri għandhom iqisu l-problemi partikolari ta’ l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju.
|
|
L-Artikolu 12 6.
|
L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-operaturi kollha involuti jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni ta’ min joqgħod fuqha dwar is-settur tagħhom kif meħtieġ f’dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.07.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:31994L0062
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|