Sal-31 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format għar-rappurtar tad-data skont il-paragrafu 3a ta’ dan l-Artikolu. Għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom juzaw il-format stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE (
6
). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2) ta’ din id-Direttiva.