+L-Artikolu 22 L-implimentazzjoni fil-liġi nazzjonali
---+L-Artikolu 22 1.
---+L-Artikolu 22 2.
---+L-Artikolu 22 3.
---+L-Artikolu 22 3a.
---+L-Artikolu 22 4.
---+L-Artikolu 22 5.
|
L-Artikolu 22 L-implimentazzjoni fil-liġi nazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
L-Artikolu 22 1.
|
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel it-30 ta’ Ġunju 1996. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.
|
|
L-Artikolu 22 2.
|
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi sabiex issir referenza bħal din għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
|
|
L-Artikolu 22 3.
|
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha adottati fil-kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
|
|
L-Artikolu 22 3a.
|
Dment li l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 6 jintlaħqu, l-Istati Membri jistgħu jittrasponu d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4(1a) u 7 permezz ta' ftehimiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi konċernati. Dawn il-ftehim għandhom ikollhom il-ħtiġiet li ġejjin:
(a)
il-ftehim għandhom ikunu tat-tip li jiġu nfurzati;
(b)
il-ftehim għandhom jispeċifikaw l-għanijiet bit-termini perentorji korrispondenti;
(ċ)
il-ftehim għandhom jiġu pubblikati fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew f'dokument uffiċjali li jkun ugwalment aċċessibli għall-pubbliku, u mibgħut lill-Kummissjoni;
(d)
ir-riżultati miksuba għandhom jiġu kontrollati b'mod regolari, rapportati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni u mqegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-ftehim;
(e)
l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li l-progress miksub skond dan il-ftehim jiġi eżaminat;
(f)
F'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-ftehim, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw d-dispożizzjonijiet relevanti ta' din id-Direttiva permezz ta' miżuri leġislattivi, regulatorji u amministrattivi.
|
|
L-Artikolu 22 4.
|
Il-ħtiġiet għall-fabbrikazzjoni ta’ l-imballaġġ m’għandhom fl-ebda każ jgħoddu għall-imballaġġ użat għal prodotti specifikati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
|
|
L-Artikolu 22 5.
|
L-Istati Membri għandhom, għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ l-imballaġġ iffabbrikat qabel din id-data u li huwa f’konformità mal-liġi nazzjonali eżistenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.07.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:31994L0062
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|