+Artikolu 3 Stallazzjonijiet tal-ħażna f’terminal
---+Article 3 1.
---+Article 3 2.

Artikolu 3 Stallazzjonijiet tal-ħażna f’terminal

Artikolu 3

Stallazzjonijiet tal-ħażna f’terminal

1.  L-istallazzjonijiet tal-ħażna għandhom ikunu disinjati u mħaddma skond id-disposizzjonijiet tekniċi ta’ l-Anness I.

Dawn id-disposizzjonijiet huma maħsuba li jnaqqsu t-telf totali annwali ta’ petrol li jirriżulta mit-tagħbija u ħażna f’kull stallazzjoni ta’ ħażna f’terminals għal taħt il-valur mira ta’ referenza ta’ 0,01 piż skond il-piż (w/w) % ta’ l-akbar ammont ta’ petrol li kien ipproċessat.

L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jeħtieġu miżuri aktar strinġenti mat-territorju kollu tagħhom jew f’żoni ġeografiċi fejn jiġi stabbilit li dawk il-miżuri huma meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa umana jew ta’ l-ambjent minħabba kondizzjonijiet speċifiċi.

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri tekniċi għat-tnaqqis ta’ telf ta’ petrol barra minn dawk imniżżla fl-Anness I jekk dawk il-miżuri alternattivi juru li jkollhom ta’ l-anqas l-istess effiċjenza.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’kull miżuri eżistenti jew b’kull miżuri speċifiċi msemmija f’dan il-paragrafu li jkun qed jaħsbu li jieħdu u l-bażi għaliex ikunu ħaduhom.

2.  Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom jgħoddu:

(a) mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għal stallazzjonijiet ġodda;

(b) tliet snin mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għal stallazzjonijiet eżistenti jekk l-ammont ta’ petrol li kien ipproċessat mgħobbi f’terminal ikun akbar minn 50 000 tunellata metrika/sena;

(ċ) sitt snin mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għal stallazzjonijiet eżistenti jekk l-ammont ta’ petrol ipproċessat mgħobbi f’terminal ikun akbar minn 25 000 tunellata metrika/sena;

(d) disa’ snin mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għall-stallazzjonijiet l-oħra kollha eżistenti fit-terminals.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 3 1.
Storage installations shall be designed and operated in accordance with the technical provisions of Annex I.

These provisions are designed to reduce the total annual loss of petrol resulting from loading and storage at each storage installation at terminals to below the target reference value of 0,01 weight by weight (w/w) % of the throughput.

Member States may maintain or require more stringent measures throughout their territory or in geographical areas where it is established that such measures are necessary for the protection of human health or the environment owing to specific conditions.

Member States may adopt technical measures for the reduction of losses of petrol other than those set down in Annex I if such alternative measures are demonstrated to have at least the same efficiency.

Member States shall inform the other Member States and the Commission of any existing measures or of any special measures referred to in this paragraph which they contemplate taking and of their grounds for taking them.

Article 3 2.

The provisions of paragraph 1 shall apply:

(a) 

from the date referred to in Article 10 for new installations;

(b) 

three years from the date referred to in Article 10 for existing installations if the throughput loaded at a terminal is greater than 50 000 tonnes/year;

(c) 

six years from the date referred to in Article 10 for existing installations if the throughput loaded at a terminal is greater than 25 000 tonnes/year;

(d) 

nine years from the date referred to in Article 10 for all other existing storage installations at terminals.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:31994L0063
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.