+ANNESS II ĦTIĠIET GĦAL STALLAZZJONIJIET TAT-TAGĦBIJA U L-ĦATT F’TERMINALS

ANNESS II ĦTIĠIET GĦAL STALLAZZJONIJIET TAT-TAGĦBIJA U L-ĦATT F’TERMINALS

ANNESS II

ĦTIĠIET GĦAL STALLAZZJONIJIET TAT-TAGĦBIJA U L-ĦATT F’TERMINALS

1. Gassijiet spostati minn kontenitur mobbli li jkun qiegħed jitgħabba għandhom jitreġġu lura permezz ta’ linja ta’ konnessjoni li ma joħroġx gass minnha għal unità ta’ rkupru ta’ gass għar-riġenerazzjoni fit-terminal.

Din id-disposizzjoni m’għandhiex tgħodd għal tankijiet li jimtlew minn fuq sakemm dik is-sistema ta’ tagħbija tkun permessa.

F’terminals li jgħabbu petrol għal fuq bastimenti, unità ta’ l-inċinerazzjoni tal-gass tista’ tiġi sostituta għal unità ta’ rkupru tal-gass jekk l-irkupru tal-gass ikun perikoluż jew teknikament impossibbli minħabba l-volum ta’ gass ritornat. Il-ħtiġiet li jikkonċernaw emissjonijiet atmosferiċi mill-unità ta’ l-irkupru tal-gass għandhom ukoll japplikaw għall-unità ta’ l-inċinerazzjoni tal-gass.

F’terminals b’ammont ta’ petrol ipproċ1essat ta’ anqas minn 25 000 tunnellati metriċi/sena, il-ħażna intermedja ta’ gassijiet tista’ tiġi sostituta għal irkupru immedjat ta’ gass fit-terminal.

2. Il-konċentrazzjoni medja ta’ gassijiet fl-ispurgar mill-unità ta’ l-irkupru tal-gass korretta għad-diluzzjoni matul it-trattament - m’għandhiex teċċedi l-35 g/metru kubu normali (Nm3) għal xi siegħa partikolari.

Għal unitajiet ta’ rkupru tal-gass, installati qabel l-1 ta’ Jannar 1993, ir-Renju Unit jista’ jagħti deroga mill-limitu tal-valur ta’ 35 g/Nm3 għal-liema siegħa tkun li tkun, preskritta f’dan l-Anness, bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

— l-istallazzjoni għandha tħares limitu ta’ valur ta’ 50 g/Nm3 għal siegħa tkun liema tkun imkejla skond l-ispeċifikazzjonijiet imniżżla f’dan l-Anness,

— id-deroga għandha tintemm l-aktar tard disa’ snin mid-data msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva,

— il-Kummissjoni għandha tkun notifikata bl-istallazzjonijiet individwali effettwati b’din id-deroga inkluża informazzjoni dwar l-ammont ta’ petrol proċessat tagħhom li jkun ipproċessat u l-emissjonijiet ta’ gass mill-istallazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kejl u l-metodi ta’ analiżi u l-frekwenza tagħhom ikunu stabbiliti.

Il-kejl għandu jsir matul il-kors ta’ jum sħiħ tax-xogħol (minimu ta’ seba’ siegħat) ta’ l-ammont normali ta’ petrol ipproċessat.

Il-kejl jista’ jkun kontinwu jew mhux kontinwu. Jekk jintuża kejl mhux kontinwu, għandu jsir ta’ l-anqas erbat ikjil fis-siegħa.

L-iżball kollox ma’ kollox tal-kejl minħabba t-tagħmir użat, il-gass tal-kalibrazzjoni u l-proċedura użata m’għandhomx jeċċedu 10 % tal-valur imkejjel.

It-tagħmir użat għandu jkun kapaċi li jkejjel konċentrazzjonijiet ta’ l-anqas baxxi daqs 3 g/Nm3.

Il-preċiżjoni għandha tkun ta’l-anqas 95 % tal-valur imkejjel.

3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-linji ta’ konnessjoni jiġi verifikati regolarment jekk inixxux.

4. L-awtoritajiet kompetenti ta l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-operazzjonijiet tat-tagħbija jingħalqu fl-irfid fil-każ ta’ tnixxija ta’ gass. Tagħmir għal dawk l-operazzjonijiet ta’ egħluq għandu jkun installat fl-irfid.

5. Fejn ikun permess il-mili ta’ kontenituri mobbli minn fuq, il-ħruġ ta’ l-estensjoni tat-tagħbija għandu jinżamm viċin il-qiegħ tal-kontenitur mobbli, sabiex jiġi evitat tixrid waqt it-tagħbija.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:31994L0063
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.