+L-Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni
---+L-Artikolu 1 1.
---+L-Artikolu 1 2.
---+L-Artikolu 1 3.
---+L-Artikolu 1 5.
---+L-Artikolu 1 6.
|
L-Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
L-Artikolu 1 1.
|
Din id-Direttiva tapplika għal kull ajruport li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, u miftuħa għat-traffiku kummerċjali fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(1) li jirrelataw mal-kategoriji ta' servizzi ta' ground-handling barra minn dawk imsemmija fl-Artikolu 7(2) għandhom japplikaw għal kull ajruport ikun x'ikun il-volum tiegħu ta' traffiku mill-1 ta' Jannar 1998.
(b)
Id-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-kategoriji ta' servizzi ta' groundhandling imsemmija fl-Artikolu 7(2) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 1998 għal ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma jkunx anqas minn miljun moviment ta' passiġġier jew 25 000 tunnellati ta' merkanzija.
(ċ)
Id-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-kategoriji ta' servizzi ta' groundhandling imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom jgħoddu mill-1 ta' Jannar 1999 għall-ajruporti:
—
li t-traffiku annwali tagħhom mhux anqas minn moviment ta' 3 miljun passiġġier jew 75 000 tunnellati ta' merkanzija; jew
—
li t-traffiku tagħhom kien ta' mhux anqas minn 2 miljun moviment ta' passiġġier jew 50 000 tunnellati ta' merkanzija matul il-perjodu ta' sitt xhur li jiġi qabel l-1 ta' April jew l-1 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel.
|
|
L-Artikolu 1 2.
|
Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jgħoddu mill-1 ta' Jannar 2001 għal kull ajruport li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, u miftuħ għat-traffiku kummerċjali, li t-traffiku annwali tiegħu ma jkunx anqas minn moviment ta' 2 miljun passiġġier jew 50 000 tunnellati ta' merkanzija.
|
|
L-Artikolu 1 3.
|
Fejn ajruport jilħaq wieħed mil-limiti msemmija f'dan l-Artikolu mingħajr ma jilħaq il-limitu li jikkorespondi mal-moviment ta' passiġġieri, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw għall-kategoriji ta' servizzi ta' groundhandling riżervati esklussivament għall-passiġġieri.
|
|
L-Artikolu 1 5.
|
L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-ajruport ta' Ġibiltà hija miftiehma li tkun mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi ta' Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward tal-kwistjoni dwar is-sovranità dwar it-territorju li fih jinsab l-ajruport.
|
|
L-Artikolu 1 6.
|
L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-ajruport ta' Ġibiltà għandha tkun sospiża sakemm l-arranġamenti tad-dikjarazzjoni konġunta magħmula mill-Ministri Barranin ta' Spanja u r-Renju Unit fit-2 ta' Diċembru 1987 tibda titħaddem. Il-Gvernijiet ta' Spanja u r-Renju Unit għandhom javżaw b'dan lill-Kunsill f'dik id-data.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31996L0067
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|