|
+L-Artikolu 1 1. |
L-Artikolu 1 1.Din id-Direttiva tapplika għal kull ajruport li jinsab fit-territorju ta' Stat Membru, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, u miftuħa għat-traffiku kummerċjali fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(1) li jirrelataw mal-kategoriji ta' servizzi ta' ground-handling barra minn dawk imsemmija fl-Artikolu 7(2) għandhom japplikaw għal kull ajruport ikun x'ikun il-volum tiegħu ta' traffiku mill-1 ta' Jannar 1998.
(b)
Id-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-kategoriji ta' servizzi ta' groundhandling imsemmija fl-Artikolu 7(2) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 1998 għal ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma jkunx anqas minn miljun moviment ta' passiġġier jew 25 000 tunnellati ta' merkanzija.
(ċ)
Id-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-kategoriji ta' servizzi ta' groundhandling imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom jgħoddu mill-1 ta' Jannar 1999 għall-ajruporti:
—
li t-traffiku annwali tagħhom mhux anqas minn moviment ta' 3 miljun passiġġier jew 75 000 tunnellati ta' merkanzija; jew
—
li t-traffiku tagħhom kien ta' mhux anqas minn 2 miljun moviment ta' passiġġier jew 50 000 tunnellati ta' merkanzija matul il-perjodu ta' sitt xhur li jiġi qabel l-1 ta' April jew l-1 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|