|
+L-Artikolu 2 Tifsiriet |
L-Artikolu 2 TifsirietL-Artikolu 2 Tifsiriet Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:
(a)
“ajruport” tfisser kull arja ta' art speċjalment adattata għall-inżul, tluq u manuvri ta' inġenji ta' l-ajru, inklużi l-istallazzjonijiet anċillari li dawn l-operazzjonijiet jistgħu jinvolvu għall-ħtiġiet tat-traffiku u servizzi ta' l-inġenji ta' l-ajru inklużi l-istallazzjonijiet meħtieġa biex jgħinu servizzi kummerċjali ta' l-ajru;
(b)
“sistema ta' ajruport” tfisser żewġ ajruporti jew aktar raggruppati flimkien biex jaqdu l-istess belt jew konurbazzjoni, kif imsemmija fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji;
(ċ)
“korp li jmexxi l-ajruport” tfisser korp li, flimkien ma' attivitajiet oħra jew le skond il-każ, għandu bħala l-għanijiet tiegħu taħt xi liġi jew regolament nazzjonali li jamministra u jmexxi l-infrastrutturi ta' l-ajruport, u l-koordinazzjoni u l-kontroll ta' l-attivitjiet ta' l-operaturi differenti preżenti fl-ajruport jew is-sistema ta' ajruport konċernata;
(d)
“dak li juża l-ajruport” tfisser kull persuna naturali jew legali responsabbli għall-ġarr ta' passiġġieri, posta u/jew merkanzija bl-ajru minn, jew għall-ajruport konċernat;
(e)
“groundhandling” tfisser is-servizzi provduti għal dawk li jużaw l-ajruport kif deskritti fl-Anness;
(f)
“self-handling” tfisser sitwazzjoni li fiha dak li juża l-ajruport direttament jipprovdi għalih innifsu waħda jew aktar mill-kategorija ta' servizzi ta' groundhandling u ma jkun ikkonkluda ebda kuntratt ta' kull deskrizzjoni ma' partijiet terzi għall-provista ta' dawk is-servizzi; għall-għanijiet ta' din it-tifsira, bejniethom dawk li jużaw l-ajruport m'għandhomx jitqiesu li jkunu partijiet terzi fejn:
—
wieħed għandu maġġoranza ta' ishma fl-ieħor; jew
—
korp wieħed għandu maġġoranza ta' ishma f'kull wieħed;
(g)
“fornitur ta' servizzi ta' groundhandling” tfisser kull persuna naturali jew legali li tipprovdi lill-partijiet terzi kategorija waħda jew aktar ta' servizzi ta' groundhandling. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|