+L-Artikolu 6 Groundhandlinggħall-partijiet terzi
---+L-Artikolu 6 1.
---+L-Artikolu 6 2.
---+L-Artikolu 6 3.
---+L-Artikolu 6 4.
|
L-Artikolu 6 Groundhandlinggħall-partijiet terzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
L-Artikolu 6 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa skond l-arranġamenti mniżżla fl-Artikolu 1 biex jiżguraw aċċess ħieles għall-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling għas-suq tal-provista ta' servizzi ta' groundhandling lill-partijiet terzi. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jeħtieġu lill-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling ikunu stabbiliti fil-Komunità.
|
|
L-Artikolu 6 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numru ta' fornituri awtorizzati li jipprovdu l-kategoriji ta' servizzi ta' groundhandling li ġejjin:
—
maniġġar tal-karburanti u żjut,
—
maniġġar ta' merkanzija u posta fir-rigward tat-tmexxija fiżika tal-merkanzija u l-posta, sew dawk li jidħlu jew dawk li joħorġu, bejn it-terminal ta' l-ajru u l-inġenju ta' l-ajru.
M'għandhomx iżda, jillimitaw in-numru għal anqas minn tnejn għal kull kategorija ta' servizz ta' groundhandling.
|
|
L-Artikolu 6 3.
|
B'żieda, mill-1 ta' Jannar 2001 ta' l-anqas wieħed mill-fornituri awtorizzati ma jistax ikun direttament jew indirettament ikkontrollat minn:
—
korp li jmexxi l-ajruport,
—
xi wieħed minn dawk li juża l-ajruport li jkun ġarr aktar minn 25 % tal-passiġġieri jew merkanzija rekordjati fl-ajruport matul is-sena ta' qabel li fiha dawk il-fornituri kienu magħżula,
—
korp li jikkontrolla jew ikkontrollat direttament jew indirettament minn dak il-korp tat-tmexxija jew kull utent bħal dak.
Iżda mill-1 ta' Lulju 2000, Stat Membru jista' jitlob li l-obbligu ta' dan il-paragrafu ikun differit sal-31 ta' Diċembru 2002. Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10, għandha teżamina dik it-talba u tista', wara li tikkonsidra l-evoluzzjoni tas-settur u, b'mod partikolari, is-sitwazzjoni fl-ajruporti paragunabbli skond il-volum ta' traffiku u x-xejra, tiddeċiedi li tilqa' l-imsemmija talba.
|
|
L-Artikolu 6 4.
|
Fejn bis-saħħa tal-paragrafu 2 jirrestrinġu n-numru ta' fornituri awtorizzati, l-Istati Membri m'għandhomx jipprevjenu lil xi ħadd li juża l-ajruport, tkun liema tkun il-parti ta' l-ajruport allokata lilu, milli jkollu, dwar kull kategorija ta' servizz ta' groundhandling suġġetta għar-restrizzjoni, l-għażla effettiva bejn ta' l-anqas żewġ fornituri ta' servizzi ta' groundhandling, taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafi 2 u 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31996L0067
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|