+L-Artikolu 9 Eżenzjonijiet
---+L-Artikolu 9 1.
---+L-Artikolu 9 2.
---+L-Artikolu 9 3.
---+L-Artikolu 9 4.
---+L-Artikolu 9 5.
---+L-Artikolu 9 6.
|
L-Artikolu 9 Eżenzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
L-Artikolu 9 1.
|
Fejn f'ajruport, minħabba restrizzjonijiet speċifiċi ta' nuqqas ta' spazju jew kapaċità disponibbli, li toħroġ b'mod partikolari minn konġestjoni u r-rata ta' utilizzazzjoni ta' l-arja, jagħmluha impossibbli li jinfetaħ is-suq u/jew jiġi implimentat self-handling sal-grad li għalih tipprovdi din id-Direttiva, l-Istat Membru konċernat jista' jiddeċiedi:
(a)
li jillimita n-numru ta' fornituri għall-waħda jew iżjed mill-kategoriji ta' servizzi ta' groundhandling ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 6(2) fl-ajruport kollu jew parti minnu; f'dan il-każ id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(2) u (3) għandhom jgħoddu;
(b)
li jirriżerva għall-provditur wieħed jew aktar il-kategoriji ta' servizzi ta' groundhandling imsemmija fl-Artikolu 6(2);
(ċ)
li jirriżerva s-self-handling għal numru limitat ta' dawk li jużaw l-ajruport għall-kategoriji ta' servizzi ta' groundhandling ħlief għal dawk li għalihom jirreferi l-Artikolu 7(2), sakemm dawk li jużaw l-ajruport ma jkunux magħżula fuq il-bażi tal-kriterji relevanti, oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji;
(d)
li jipprojbixxu s-self-handling jew jirrestrinġuh għal wieħed biss li juża l-ajruport għall-kategoriji ta' servizzi ta' groundhandling li għalihom jirreferi l-Artikolu 7(2).
|
|
L-Artikolu 9 2.
|
L-eżenzjonijiet kollha deċiżi skond il-paragrafu 1 għandhom:
(a)
jispeċifikaw il-kategorija jew kategoriji ta' servizzi ta' groundhandling li dwarhom tkun ingħatat l-eżenzjoni u r-restrizzjonijiet speċifiċi ta' spażju jew kapaċità disponibbli li tiġġustifikhom;
(b)
ikunu akkumpanjati minn pjan ta' miżuri xierqa biex jintgħelbu dawn ir-restrizzjonijiet.
B'żieda, l-eżenzjonijiet m'għandhomx:
(i)
jippreġudikaw indebitament l-għanijiet ta' din id-Direttiva;
(ii)
jagħtu lok għal tgħawwiġ fil-kompetizzjoni bejn fornituri ta' servizzi ta' groundhandling u/jew self-handling li jużaw l-ajruport;
(iii)
jestendu aktar milli meħtieġ.
|
|
L-Artikolu 9 3.
|
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, ta' l-anqas tliet xhur qabel ma jdaħħlu fis-seħħ, b'eżenzjonijiet li jagħtu fuq il-bażi tal-paragrafu 1 u fuq il-bażi li jiġġustifikawhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju tad-deċiżjonijiet li tkun ġiet nnotifikati bihom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u għandha tistieden lill-partijiet interessati li jibgħatu l-kummenti tagħhom.
|
|
L-Artikolu 9 4.
|
Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-qrib id-deċiżjonijiet ta' eżenzjoni mibgħuta mill-Istati Membri. Għal dak il-għan il-Kummissjoni għandha tagħmel analiżi dettaljata tas-sitwazzjoni u studju tal-miżuri xierqa mibgħuta mill-Istat Membru biex tivverifika li r-restrizzjonijiet allegati jeżistu u li huwa impossibbli li jinfetaħ is-suq u/jew jiġi implimentat is-self-handling sal-grad kif hemm ipprovdut f'din id-Direttiva.
|
|
L-Artikolu 9 5.
|
B'żieda ma' dak l-eżami u wara li tikkonsulta ma' l-Istat Membru konċernat, il-Kummissjoni tista' tapprova d-deċiżjoni ta' l-Istat Membru jew topponiha jekk tqis li r-restrizzjonijiet allegati ma jkunx ġie ppruvat li jeżistu jew li mhumiex daqshekk gravi li jiġġustifikaw l-eżenzjoni. Wara li tikkonsulta l-Istat Membru konċernat il-Kummissjoni tista' wkoll teħtieġ lill-Istat Membru li jemenda l-firxa ta' l-eżenzjoni jew jillimitha għal dawk il-partijiet ta' l-ajruport jew sistema ta' l-ajruport fejn ir-restrizzjonijiet allegati jkunu ġew ippruvati li jeżistu. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tittieħed mhux aktar tard mnn tliet xhur wara n-notifikazzjoni mill-Istat Membru u għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
|
|
L-Artikolu 9 6.
|
Eżenzjonijiet mogħtija minn Stat Membru skond il-paragrafu 1 ma jistgħux ikunu ta' aktar minn tliet snin ħlief għall-eżenzjonijiet mogħtija taħt il-paragrafu 1(b). Mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' dak il-perjodu l-Istat Membru għandu jieħu deċiżjoni ġdida dwar xi talba għall-eżenzjoni, li għandha wkoll tkun suġġetta għall-proċedura mniżżla f'dan l-Artikolu. Eżenzjonijiet taħt il-paragrafu 1(b) m'għandhomx ikunu itwal minn sentejn. Iżda, Stat Membru jista' fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jitlob li dak il-perjodu jiġi mtawwal b'perjodu wieħed ta' sentejn. Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat li għalih jirreferi l-Artikolu 10, għandha tiddeċiedi dwar dik it-talba.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31996L0067
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|