+L-Artikolu 11 Għażla ta' fornituri
---+L-Artikolu 11 1.
---+L-Artikolu 11 2.
---+L-Artikolu 11 3.
|
L-Artikolu 11 Għażla ta' fornituri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
L-Artikolu 11 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-organizzazzjoni tal-proċedura ta' l-għażla għall-fornituri awtorizzati li jipprovdu servizzi ta' ground-handling f'ajruport fejn in-numru tagħhom huwa limitat fil-każijiet li għalihom jipprovdi l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 9. Din il-proċedura għandha tikkonforma mal-prinċipji li ġejjin:
(a)
Fil-każijiet fejn l-Istati Membri jeħtieġu t-twaqqif ta' kondizzjonijiet standard jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jiġu osservati minn fornituri ta' servizzi ta' groundhandling, dawk il-kondizzjonijiet jew speċifikazzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' dawk li jużaw l-Ajruport. Il-kriterji ta' l-għażla mniżżla fil-kondizzjonijiet standard jew speċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu relevanti, oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.
Wara li jkun innotifika lill-Kummissjoni, l-Istat Membru konċernat jista' jinkludi mal-kondizzjonijiet jew speċifikazzjonijiet tekniċi li magħhom il-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling għandhom jikkonformaw obbligi ta' servizz pubbliku dwar l-ajruporti li jservu reġjuni periferiċi jew li qed jiżviluppaw li jagħmlu parti mit-territorju tiegħu, li ma jkollhom ebda interess kummerċjali iżda li huma ta' importanza vitali għall-Istat Membru konċernat.
(b)
Invit għall-offerta għandu joħroġ u jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, li għalih kull fornitur interessat ta' servizzi ta' groundhandling jista' jirrispondi.
(ċ)
Fornituri ta' servizzi ta' groundhandling għandhom jingħażlu:
(i)
wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' dawk li jużaw l-Ajruporti mill-korp li jmexxi l-ajruport, b'dan illi dan ta' l-aħħar:
—
ma jipprovdix servizzi simili ta' groundhandling; u
—
ma jkollu ebda kontroll dirett jew indirett fuq xi impriża li tipprovdi dawk is-servizzi; u
—
ma jkollu ebda involviment f'xi impriża bħal dawk;
(ii)
fil-każijiet l-oħra kollha, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li huma indipendenti mill-korp li jmexxi l-ajruport konċernat, u għandhom l-ewwel jikkonsultaw mal-Kumitat ta' dawk li jużaw l-Ajruporti u dak il-korp li jmexxi.
(d)
Fornituri ta' servizzi ta' groundhandling għandhom jintgħażlu għall-perjodu massimu ta' seba' snin.
(e)
Fejn fornitur ta' servizzi ta' groundhandling iwaqqaf l-attività tiegħu qabel it-tmiem tal-perjodu li għalih ikun intgħażel, għandu jinbidel fuq il-bażi ta' l-istess proċedura.
|
|
L-Artikolu 11 2.
|
Fejn in-numru ta' fornituri ta' servizzi ta' groundhandling huwa limitat skond l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 9, il-korp li jmexxi l-ajruport jista' hu innifsu jipprovdi s-servizzi ta' groundhandling mingħajr ma jkun suġġett għall-proċedura ta' l-għażla mniżżla fil-paragrafu 1. Bl-istess mod, jista' mingħajr ma jibgħatha għall-istess proċedura, jawtorizza impriża li tipprovdi servizzi ta' groundhandling fl-ajruport konċernat:
—
jekk ikun jikkontrolla dik l-impriża direttament jew indirettament; jew
—
l-impriża tikkontrollah direttament jew indirettament.
|
|
L-Artikolu 11 3.
|
Il-korp li jmexxi l-ajruport għandu javża lill-Kumitat ta' dawk li jużaw l-Ajruport bid-deċiżjonijiet meħuda taħt dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31996L0067
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|