|
+L-Artikolu 11 1. |
L-Artikolu 11 1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-organizzazzjoni tal-proċedura ta' l-għażla għall-fornituri awtorizzati li jipprovdu servizzi ta' ground-handling f'ajruport fejn in-numru tagħhom huwa limitat fil-każijiet li għalihom jipprovdi l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 9. Din il-proċedura għandha tikkonforma mal-prinċipji li ġejjin:
(a)
Fil-każijiet fejn l-Istati Membri jeħtieġu t-twaqqif ta' kondizzjonijiet standard jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jiġu osservati minn fornituri ta' servizzi ta' groundhandling, dawk il-kondizzjonijiet jew speċifikazzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' dawk li jużaw l-Ajruport. Il-kriterji ta' l-għażla mniżżla fil-kondizzjonijiet standard jew speċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu relevanti, oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. Wara li jkun innotifika lill-Kummissjoni, l-Istat Membru konċernat jista' jinkludi mal-kondizzjonijiet jew speċifikazzjonijiet tekniċi li magħhom il-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling għandhom jikkonformaw obbligi ta' servizz pubbliku dwar l-ajruporti li jservu reġjuni periferiċi jew li qed jiżviluppaw li jagħmlu parti mit-territorju tiegħu, li ma jkollhom ebda interess kummerċjali iżda li huma ta' importanza vitali għall-Istat Membru konċernat.
(b)
Invit għall-offerta għandu joħroġ u jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, li għalih kull fornitur interessat ta' servizzi ta' groundhandling jista' jirrispondi.
(ċ)
Fornituri ta' servizzi ta' groundhandling għandhom jingħażlu:
(i)
wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' dawk li jużaw l-Ajruporti mill-korp li jmexxi l-ajruport, b'dan illi dan ta' l-aħħar:
—
ma jipprovdix servizzi simili ta' groundhandling; u
—
ma jkollu ebda kontroll dirett jew indirett fuq xi impriża li tipprovdi dawk is-servizzi; u
—
ma jkollu ebda involviment f'xi impriża bħal dawk;
(ii)
fil-każijiet l-oħra kollha, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li huma indipendenti mill-korp li jmexxi l-ajruport konċernat, u għandhom l-ewwel jikkonsultaw mal-Kumitat ta' dawk li jużaw l-Ajruporti u dak il-korp li jmexxi.
(d)
Fornituri ta' servizzi ta' groundhandling għandhom jintgħażlu għall-perjodu massimu ta' seba' snin.
(e)
Fejn fornitur ta' servizzi ta' groundhandling iwaqqaf l-attività tiegħu qabel it-tmiem tal-perjodu li għalih ikun intgħażel, għandu jinbidel fuq il-bażi ta' l-istess proċedura. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|