|
+L-Artikolu 14 1. |
L-Artikolu 14 1.L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-attività ta' groundhandling ta' fornitur ta' servizzi ta' groundhandling jew dak li juża s-self-handling f'ajruport kondizzjonata fuq il-ksib ta' approvazzjoni ta' awtorità pubblika indipendenti mill-korp li jmexxi l-ajruport. Il-kriterji għal dik l-approvazzjoni għandhom jirrelataw ma' sitwazzjoni finanzjarja soda u kopertura biżżejjed ta' assigurazzjoni, għas-sigurezza u sigurtà ta' stallazzjonijiet, tal-bċejjeċ ta' l-ajru, ta' tagħmir u ta' persuni, kif ukoll tal-protezzjoni ambjentali u konformità mal-leġislazzjoni soċjali relevanti. Il-kriterji għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:
(a)
għandhom ikunu applikati b'mod mhux diskriminatorju għall-fornituri diversi ta' servizzi ta' groundhandling u dawk li jużaw l-ajruport;
(b)
għandhom jirrelataw ma' l-għan maħsub.
(ċ)
m'għandhomx, fil-prattika, inaqqsu l-aċċess għas-suq jew l-għażla ta' self-handle f'livell aktar baxx minn dak li tipprovdi din id-Direttiva. Dawn il-kriterji għandhom isiru pubbliċi u l-fornitur ta' servizzi ta' groundhandling jew self-handling ta' dak li juża l-ajruport għandhom ikunu avżati bil-quddiem bil-proċedura tal-ksib ta' l-approvazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|