+L-Artikolu 14 Approvazzjoni
---+L-Artikolu 14 1.
---+L-Artikolu 14 2.

L-Artikolu 14 Approvazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
L-Artikolu 14 1.
L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-attività ta' groundhandling ta' fornitur ta' servizzi ta' groundhandling jew dak li juża s-self-handling f'ajruport kondizzjonata fuq il-ksib ta' approvazzjoni ta' awtorità pubblika indipendenti mill-korp li jmexxi l-ajruport.

Il-kriterji għal dik l-approvazzjoni għandhom jirrelataw ma' sitwazzjoni finanzjarja soda u kopertura biżżejjed ta' assigurazzjoni, għas-sigurezza u sigurtà ta' stallazzjonijiet, tal-bċejjeċ ta' l-ajru, ta' tagħmir u ta' persuni, kif ukoll tal-protezzjoni ambjentali u konformità mal-leġislazzjoni soċjali relevanti.

Il-kriterji għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

(a) 

għandhom ikunu applikati b'mod mhux diskriminatorju għall-fornituri diversi ta' servizzi ta' groundhandling u dawk li jużaw l-ajruport;

(b) 

għandhom jirrelataw ma' l-għan maħsub.

(ċ) 

m'għandhomx, fil-prattika, inaqqsu l-aċċess għas-suq jew l-għażla ta' self-handle f'livell aktar baxx minn dak li tipprovdi din id-Direttiva.

Dawn il-kriterji għandhom isiru pubbliċi u l-fornitur ta' servizzi ta' groundhandling jew self-handling ta' dak li juża l-ajruport għandhom ikunu avżati bil-quddiem bil-proċedura tal-ksib ta' l-approvazzjoni.

L-Artikolu 14 2.
L-approvazzjoni tista' tinżamm jew tiġi rtirata biss jekk il-fornitur ta' servizzi ta' groundhandling jew self-handling ta' dak li juża l-ajruport ma jilħqux, minħabba raġunijiet li għalihom huwa responsabbli hu stess, il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1.

Ir-raġunijiet għaż-żamma jew l-irtirar għandhom jiġu komunikati lill-fornitur jew dak li juża konċernat u lill-korp li jmexxi l-ajruport.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:31996L0067
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.