+Artikolu 4
---+Article 4 1.
---+Article 4 2.

Artikolu 4

Artikolu 4

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-forniment ta’ servizz universali jkun garantit u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-passi li jkun ħa sabiex jissodisfa dan l-obbligu. Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 21 għandu jiġi infurmat dwar il-miżuri stabbiliti mill-Istati Membri biex jiżguraw il-forniment ta’ servizz universali.

2.  L-Istati Membri jistgħu jinnominaw impriża waħda jew aktar bħala l-fornituri ta’ servizz universali sabiex it-territorju nazzjonali kollu jkun kopert. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw impriżi differenti għall-forniment ta’ elementi differenti tas-servizz universali u/jew biex jiġu koperti partijiet differenti tat-territorju nazzjonali. Meta jagħmlu hekk, huma għandhom jistabbilixxu skond id-dritt Komunitarju l-obbligi u d-drittijiet assenjati lilhom u għandhom jippubblikaw dawn l-obbligi u d-drittijiet. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-kondizzjonijiet li fihom jingħataw is-servizzi universali jissejsu fuq il-prinċipji tat-trasparenza, in-non-diskriminazzjoni u l-proporzjonalità, biex b’hekk tiġi garantita l-kontinwità tal-forniment ta’ servizz postali universali, billi jittieħed kont tar-rwol importanti li dan għandu fil-koeżjoni soċjali u territorjali.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-identità tal-fornitur(i) ta’ servizz universali li huma jinnominaw. In-nomina ta’ fornitur ta’ servizz universali għandha tkun soġġetta għal reviżjoni perjodika u tiġi eżaminata fi tqabbil mal-kondizzjonijiet u l-prinċipji mniżżla f’dan l-Artikolu. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tul ta’ din in-nomina jipprovdi perijodu suffiċjenti għar-ritorn fuq l-investimenti.

▼B

L-Artikolu 5

1.  Kull Stat Membru għandu jieħu passi sabiex jiżgura li l-provvista ta’ servizz universali tilħaq il-rekwiżiti li ġejjin:

— għandu joffri servizz li jiggarantixxi konformità mar-rekwiżiti essenzjali,

— għandu joffri servizz identiku lill-konsumaturi taħt kondizzjonijiet kumparabbli,

— dan għandu jkun disponibbli mingħajr ebda forma ta’ diskriminazzjoni tkun xi tkun, speċjalment mingħajr diskriminazzjoni li għandha dwar konsiderazzjonijiet politiċi, reliġjużi jew ideoloġiċi,

— m’għandux ikun interrot jew imwaqqaf ħlief f’każi ta’ forza maġġuri,

— għandu jevolvi bi tweġiba għall-ambjent tekniku, ekonomiku u soċjali u l-ħtiġiet tal-konsumaturi.

▼M3

2.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m’għandhomx jipprekludu miżuri li l-Istati Membri jieħdu skond ir-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-interess pubbliku rikonoxxut mit-Trattat, b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 46 tiegħu, li jikkonċernaw, inter alia, il-moralità pubblika, is-sigurtà pubblika, inklużi investigazzjonijiet kriminali, u l-politika pubblika.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 4 1.
Each Member State shall ensure that the provision of the universal service is guaranteed and shall notify the Commission of the steps it has taken to fulfil this obligation. The Committee referred to in Article 21 shall be informed of the measures established by Member States to ensure the provision of the universal service.
Article 4 2.
Member States may designate one or more undertakings as universal service providers in order that the whole of the national territory can be covered. Member States may designate different undertakings to provide different elements of universal service and/or to cover different parts of the national territory. When they do so, they shall determine in accordance with Community law the obligations and rights assigned to them and shall publish these obligations and rights. In particular, Member States shall take measures to ensure that the conditions under which universal services are entrusted are based on the principles of transparency, non-discrimination and proportionality, thereby guaranteeing the continuity of the universal service provision, by taking into account the important role it plays in social and territorial cohesion.

Member States shall notify the Commission of the identity of the universal service provider(s) they designate. The designation of a universal service provider shall be subject to a periodic review and be examined against the conditions and principles set out in this Article. However, Member States shall ensure that the duration of this designation provides a sufficient period for return on investments.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.02.2008 00:00:00 -Doknr: CELEX:31997L0067
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.