Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex jiżguraw li l-utenti u l-fornituri ta’ servizz postali jingħataw regolarment informazzjoni dettaljata u aġġornata suffiċjentement mill-fornitur(i) ta’ servizz universali dwar il-karatteristiċi partikolari tas-servizz universali offrut, b’referenza speċjali għall-kondizzjonijiet ġenerali ta’ aċċess għal dawk is-servizzi kif ukoll il-prezzijiet u l-livelli ta’ l-istandard ta’ kwalità. Din l-informazzjoni għandu tiġi ppubblikata b’mod xieraq.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kif l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skond l-ewwel paragrafu għandha ssir disponibbli.
▼B