+IL-KAPITOLU 4 Kondizzjonijiet li jirregolaw il-forniment ta’ servizzi postali u aċċess għan-netwerk
---+Artikolu 9
------+Article 9 1.
------+Article 9 2.
------+Article 9 3.
---+Article 10
------+Article 10 1.
------+Article 10 2.
---+Artikolu 11
---+Artikolu 11a

IL-KAPITOLU 4 Kondizzjonijiet li jirregolaw il-forniment ta’ servizzi postali u aċċess għan-netwerk

IL-KAPITOLU 4 Kondizzjonijiet li jirregolaw il-forniment ta’ servizzi postali u aċċess għan-netwerk

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9

Artikolu 9

1.  Għal servizzi li jaqgħu barra l-ambitu tas-servizz universali, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu awtorizzazzjonijiet ġenerali sal-limitu meħtieġ sabiex tiġi garantita konformità mar-rekwiżiti essenzjali.

2.  Għal servizzi li jaqgħu fl-ambitu tas-servizz universali, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, inklużi liċenzji individwali, sal-limitu meħtieġ biex tiġi garantita konformità mar-rekwiżiti essenzjali u biex jiġi żgurat il-forniment tas-servizz universali.

L-għoti ta’ l-awtorizzazzjonijiet jista’:

— ikun soġġett għall-obbligi ta’ servizz universali,

— jekk meħtieġ u ġġustifikat, jimponi rekwiżiti li jirrigwardaw il-kwalità, id-disponibbiltà u l-prestazzjoni tas-servizzi rilevanti,

— fejn xieraq, ikun soġġett għal obbligu li jingħata kontribut finanzjarju lill-mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni msemmijin fl-Artikolu 7, jekk il-forniment tas-servizz universali jkun jimplika spiża netta u jirrappreżenta piż inġust għall-fornitur(i) ta’ servizz universali, innominat skond l-Artikolu 4,

— fejn xieraq, ikun suġġett għal obbligu li jingħata kontribut finanzjarju lill-ispejjeż operazzjonali ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 22,

— fejn xieraq, jiġi magħmul soġġett għal jew jimponi obbligu għar-rispett tal-kondizzjonijiet tax-xogħol stabbiliti mil-leġislazzjoni nazzjonali.

L-obbligi u r-rekwiżiti msemmijin fl-ewwel inċiż u fl-Artikolu 3 jistgħu jiġu imposti biss fuq il-fornituri nnominati ta’ servizz universali.

Ħlief fil-każ ta’ impriżi li ġew innominati bħala fornituri ta’ servizz universali skond l-Artikolu 4, l-awtorizzazzjonijiet ma jistgħux:

— ikunu limitati fin-numru,

— għall-istess elementi ta’ servizz universali jew ta’ partijiet tat-territorju nazzjonali, jimponu obbligi ta’ servizzi universali u, fl-istess ħin, kontributi finanzjarji għal mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni,

— jirduppjaw il-kondizzjonijiet li japplikaw għal impriżi minħabba leġislazzjoni nazzjonali oħra mhux speċifika għas-settur,

— jimponu kondizzjonijiet tekniċi u operattivi barra minn dawk meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ din id-Direttiva.

3.  Il-proċeduri, l-obbligi u r-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu trasparenti, aċċessibbli, non-diskriminatorji, proporzjonati, preċiżi u mhux ambigwi, jkunu pubbliċi minn qabel u bbażati fuq kriterji oġġettivi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-raġunijiet għar-rifjut jew l-irtirar totali jew parzjali ta’ awtorizzazzjoni jiġu kkomunikati lill-applikant u għandhom jistabbilixxu proċedura ta’ appell.

▼B

L-Artikolu 10

▼M3

1.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jagixxu fuq proposta tal-Kummissjoni u fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 47(2), 55 u 95 tat-Trattat, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa għall-armonizzazzjoni tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 9 li jirregolaw il-forniment kummerċjali ta’ servizzi postali lill-pubbliku.

▼B

2.  Il-miżuri ta’ armonizzazzjoni li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1 għandhom jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-kriterji li għandhom jiġu osservati u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-operatur postali, il-mod ta’ pubblikazzjoni ta’ dawk il-kriterji u proċeduri, kif ukoll il-proċeduri ta’ appell li għandhom jiġu segwiti.

▼M3

Article 10
Artikolu 11

Artikolu 11

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, waqt li jagixxu fuq proposta mill-Kummissjoni u fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 47(2), 55 u 95 tat-Trattat, għandhom jadottaw il-miżuri ta’ armonizzazzjoni li huma meħtieġa biex jiżguraw li l-utenti u l-fornitur(i) ta’ servizz postali jkollhom aċċess għan-netwerk postali taħt kondizzjonijiet li huma trasparenti u non-diskriminatorji.

▼M3

Artikolu 11a

Artikolu 11a

Kull meta jkun meħtieġ, biex jitħares l-interess ta’ l-utenti u/jew tiġi promossa kompetizzjoni effettiva, u fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali u l-leġislazzjoni nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kondizzjonijiet ta’ aċċess trasparenti, non-diskriminatorji jkunu disponibbli għal elementi ta’ infrastruttura jew servizzi postali previsti fl-ambitu tas-servizz universali, bħal sistema ta’ kodiċi postali, database ta’ indirizzi, kaxxi postali, kaxxi ta’ kunsinna, informazzjoni dwar bidla fl-indirizz, servizz ta’ indirizzar mill-ġdid u servizz ta’ ritorn lill-mittenti. Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jadottaw miżuri biex jiżguraw l-aċċess għan-netwerk postali f’kondizzjonijiet ta’ trasparenza, proporzjonalità u non-diskriminazzjoni.

▼B

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.02.2008 00:00:00 -Doknr: CELEX:31997L0067
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.