Artikolu 11a
Kull meta jkun meħtieġ, biex jitħares l-interess ta’ l-utenti u/jew tiġi promossa kompetizzjoni effettiva, u fid-dawl tal-kondizzjonijiet nazzjonali u l-leġislazzjoni nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kondizzjonijiet ta’ aċċess trasparenti, non-diskriminatorji jkunu disponibbli għal elementi ta’ infrastruttura jew servizzi postali previsti fl-ambitu tas-servizz universali, bħal sistema ta’ kodiċi postali, database ta’ indirizzi, kaxxi postali, kaxxi ta’ kunsinna, informazzjoni dwar bidla fl-indirizz, servizz ta’ indirizzar mill-ġdid u servizz ta’ ritorn lill-mittenti. Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jadottaw miżuri biex jiżguraw l-aċċess għan-netwerk postali f’kondizzjonijiet ta’ trasparenza, proporzjonalità u non-diskriminazzjoni.
▼B