+Artikolu 22
---+Article 22 1.
---+Article 22 2.
---+Article 22 3.

Artikolu 22

Artikolu 22

1.  Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew aktar għas-settur postali li jkunu ġuridikament separati mill-operaturi postali u joperaw b’mod indipendenti minnhom. L-Istati Membri li jżommu l-pussess jew il-kontroll ta’ fornituri ta’ servizz postali għandhom jiżguraw is-separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjonijiet regolatorji minn attivitajiet assoċjati mal-pussess jew il-kontroll.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jkunu nnominaw biex iwettqu l-kompiti li jirriżultaw minn din id-Direttiva. Huma għandhom jippubblikaw il-kompiti li ser jitwettqu mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’forma faċilment aċċessibbli, b’mod partikolari fejn dawk il-kompiti huma assenjati lil aktar minn korp wieħed. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fejn xieraq, konsultazzjoni u kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet u l-awtoritajiet nazzjonali fdati bl-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni u l-liġi għall-protezzjoni tal-konsumatur dwar materji ta’ interess komuni.

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom bħala kompitu partikolari li jiżguraw konformità ma’ l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva, b’mod partikolari billi jistabbilixxu proċeduri ta’ monitoraġġ u regolatorji biex jiżguraw il-forniment ta’ servizz universali. Jistgħu wkoll jiġu fdati li jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni fis-settur postali.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkollaboraw mill-qrib u għandhom joffru assistenza reċiproka sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fi ħdan il-korpi eżistenti xierqa.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi effikaċi fil-livell nazzjonali li permezz tagħhom kwalunkwe utent jew fornitur ta’ servizz postali li jkun affetwat minn deċiżjoni ta’ awtorità regolatorja nazzjonali jkollha d-dritt ta’ appell kontra d-deċiżjoni lil korp ta’ l-appell li jkun indipendenti mill-partijiet involuti. Sakemm jinqata’ dak l-appell, id-deċiżjoni ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tibqa’ valida sakemm il-bord ta’ l-appell ma jiddeċidix mod ieħor.

▼M3

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 22 1.
Each Member State shall designate one or more national regulatory authorities for the postal sector that are legally separate from and operationally independent of the postal operators. Member States that retain ownership or control of postal service providers shall ensure effective structural separation of the regulatory functions from activities associated with ownership or control.

Member States shall inform the Commission which national regulatory authorities they have designated to carry out the tasks arising from this Directive. They shall publish the tasks to be undertaken by national regulatory authorities in an easily accessible form, in particular where those tasks are assigned to more than one body. Member States shall ensure, where appropriate, consultation and cooperation between those authorities and national authorities entrusted with the implementation of competition law and consumer protection law on matters of common interest.

Article 22 2.
The national regulatory authorities shall have as a particular task ensuring compliance with the obligations arising from this Directive, in particular by establishing monitoring and regulatory procedures to ensure the provision of the universal service. They may also be charged with ensuring compliance with competition rules in the postal sector.

The national regulatory authorities shall work in close collaboration and shall provide mutual assistance in order to facilitate the application of this Directive within the appropriate existing bodies.

Article 22 3.
Member States shall ensure that effective mechanisms exist at national level under which any user or postal service provider affected by a decision of a national regulatory authority has the right to appeal against the decision to an appeal body which is independent of the parties involved. Pending the outcome of any such appeal, the decision of the national regulatory authority shall stand, unless the appeal body decides otherwise.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.02.2008 00:00:00 -Doknr: CELEX:31997L0067
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.