|
+ANNESS I |
ANNESS IANNESS I Gwida għall-kalkolu ta’ l-ispiża netta, jekk ikun il-każ, ta’ servizz universali Parti A: Definizzjoni ta’ l-obbligi ta’ servizz universali L-obbligi ta’ servizz universali jirreferu għall-obbligi msemmijin fl-Artikolu 3 imposti fuq fornitur ta’ servizz postali minn Stat Membru li jikkonċernaw il-forniment ta’ servizz postali f’żona ġeografika speċifika kollha, inkluż, fejn meħtieġ, prezzijiet uniformi f’dik iż-żona ġeografika għall-forniment ta’ dak is-servizz jew il-forniment ta’ ċerti servizzi mingħajr ħlas għall-għomja u l-persuni b’vista mnaqqsa. Dawk l-obbligi jistgħu jinkludu, fost oħrajn, dawn li ġejjin: — numru ta’ ġranet għall-kunsinna, superjuri għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva; — aċċessibbiltà għal punti ta’ aċċess, biex jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ servizz universali, — li t-tariffi tas-servizz universali jkunu tali li l-utenti jistgħu jifilħuhom; — prezzijiet uniformi għal servizz universali; — il-forniment ta’ ċerti servizz mingħajr ħlas għall-għomja u persuni b’vista mnaqqsa. Parti B: Kalkolu ta’ l-ispiża netta L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkunsidraw il-mezzi kollha biex jiżguraw li jkun hemm inċentivi xierqa għall-fornituri ta’ servizz postali (innominati jew mhumiex) biex jipprovdu obbligi tas-servizz universali b’mod effiċjenti fl-infiq. L-ispiża netta ta’ l-obbligu ta’ servizz universali hija kwalunkwe spiża relatata ma’ u meħtieġa għall-operazzjoni tal-forniment ta’ servizz universali. L-ispiża netta ta’ l-obbligi ta’ servizz universali għandha tiġi kkalkolata, bħala d-differenza bejn l-ispiża netta għal fornitur innominat ta’ servizz universali biex jopera bl-obbligi ta’ servizz universali u dik ta’ għall-istess fornitur ta’ servizz postali biex jopera mingħajr l-obbligi ta’ servizz universali. Il-kalkolu għandu jieħu kont ta’ kull element rilevanti ieħor, inkluż kwalunkwe benefiċċju intanġibbli u tas-suq li jkunu dovuti għal fornitur innominat ta’ servizz postali biex jipprovdi servizz universali, id-dritt għal qligħ raġonevoli u inċentivi għal effiċjenza fl-infiq; Għandha tingħata attenzjoni dovuta għal valutazzjoni korretta ta’ l-ispejjeż li kwalunkwe fornitur innominat ta’ servizz universali kien jagħżel li jevita li kieku ma kienx hemm obbligu ta’ servizz universali. Il-kalkolu ta’ l-ispiża netta għandha tivvaluta l-benefiċċji, inklużi l-benefiċċji intanġibbli, għall-operatur ta’ servizz universali. Il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq l-ispejjeż attribwibbli għal: (i) elementi tas-servizzi identifikati li jistgħu jiġu pprovduti biss b’telf jew taħt kondizzjonijiet ta’ spejjeż li jaqgħu barra l-istandards kummerċjali normali. Din il-kategorija tista’ tinkludi elementi ta’ servizz bħas-servizzi definiti fil-Parti A; (ii) utenti speċifiċi jew gruppi ta’ utenti, li, b’kont meħud ta’ l-ispiża għall-forniment tas-servizz speċifikat, id-dħul iġġenerat u kwalunkwe prezz uniformi impost mill-Istat Membru, jistgħu jiġu servuti biss b’telf jew taħt kondizzjonijiet ta’ spejjeż li jaqgħu barra l-istandards kummerċjali normali. Din il-kategorija tinkludi dawk l-utenti jew gruppi ta’ utenti li ma jiġux servuti minn operatur kummerċjali li ma jkollux obbligu li jipprovdi servizz universali. Il-kalkolu ta’ l-ispiża netta ta’ aspetti speċifiċi ta’ obbligi ta’ servizz universali għandha ssir separatament sabiex jiġi evitat li kwalunkwe benefiċċju u spiża diretta jew indiretta tingħadd doppjament. L-ispiża netta globali ta’ obbligi ta’ servizz universali għal kwalunkwe fornitur innominat ta’ servizz universali għandha tiġi kkalkolata bħala s-somma ta’ l-ispejjeż netti li jirriżultaw mill-komponenti speċifiċi ta’ obbligi ta’ servizz universali, b’kont meħud ta’ kwalunkwe benefiċċju intanġibbli. Ir-responsabbiltà għall-verifika ta’ l-ispiża netta taqa’ f’idejn l-awtorità regolatorja nazzjonali. Il-fornitur(i) ta’ servizz universali għandu/hom jikkoopera(w) ma’ l-awtorità regolatorja nazzjonali biex din tkun tista’ tivverifika l-ispiża netta. Parti Ċ: Irkupru ta’ kwalunkwe spiża netta ta’ l-obbligi ta’ servizz universali L-irkupru jew il-finanzjament ta’ kwalunkwe spiża netta ta’ l-obbligi ta’ servizz universali tista’ teħtieġ li fornituri nnominati ta’ servizz universali jiġu kkumpensati għas-servizzi li huma jipprovdu taħt kondizzjonijiet mhux kummerċjali. Billi tali kumpens jinvolvi trasferimenti finanzjarji, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru b’mod oġġettiv, trasparenti, non-diskriminatorju u proporzjonat. Dan ifisser li t-trasferimenti joħolqu l-inqas xkiel possibbli għall-kompetizzjoni u għad-domanda ta’ l-utent. Mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni bbażat fuq il-fond imsemmi fl-Artikolu 7(4) għandu juża mekkaniżmu trasparenti u newtrali għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet li jevita impożizzjoni doppja ta’ kontribuzzjonijiet kemm fuq l-inputs kif ukoll fuq l-outputs ta’ l-impriżi. Il-korp indipendenti li jamministra l-fond għandu jkun reponsabbli għall-ġbir ta’ kontribuzzjonijiet minn impriżi, li jiġu vvalutati bħala responsabbli biex jikkontribwixxu għall-ispiża netta ta’ l-obbligi ta’ servizz universali fl-Istat Membru u għandu jissorvelja t-trasferiment ta’ somom dovuti lill-impriżi li jkunu intitolati li jirċievu ħlasijiet mill-fond. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|