+Artikolu 4 Introduzzjoni fil-Komunità
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.

Artikolu 4 Introduzzjoni fil-Komunità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
L-introduzzjoni fil-Komunità ta' kampjuni ta' speċi elenkati fl-Anness A għandha tkun suġġetta għat-twettiq tal-verifiki meħtieġa u l-preżentazzjoni minn qabel, fl-uffiċċju doganali tal-fruntiera fil-post ta' l-introduzzjoni, ta' permess ta' importazzjoni maħruġ mill-awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru destinatarju.

Il-permess ta' importazzjoni jista jkun maħruġ biss skond ir-restrizzjonijiet stabbiliti skond il-paragrafu 6 u meta dawn il-kondizzjonijiet ikunu ġew imharsa:

(a) 

l-awtorità xjentifika kompetenti, wara li tkun ikkunsidrat kull opinjoni mill-Grupp Xjentifiku tar-Reviżjoni, tkun avżat li l-introduzzjoni fil-Komunità:

(i) 

ma jkollhiex effett ħażin fuq l-istatus ta' konservazzjoni ta' l-ispeċi jew fuq il-medda territorjali okkupata mill-popolazzjoni relevanti ta' l-ispeċi;

(ii) 

tkun qed isseħħ:

— 
għall wieħed mill-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu 8(3)(e), (f) u (g), jew
— 
għal għanijiet oħra li ma jkunux detrimentali għas-sopravivenza ta' l-ispeċi konċernati;
(b) 
(i) 

l-applikant jipprovdi evidenza dokumentata li l-kampjuni nkisbu skond il-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni ta' l-ispeċi konċernati li, fil-każ ta' importazzjoni minn pajjiż terz ta' kampjun ta' speċi elenkati fl-Appendiċi tal-Konvenzjoni, għandha tkun permess ta'esportazzjoni jew ri-esportazzjoni, jew kopja tagħhom, maħruġ skond il-Konvenzjoni mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż esportatur jew ri-esportatur;

(ii) 

madankollu, il-ħruġ ta' permessi ta' importazzjoni għal speċi elenkati fl-Anness A skond l-Artikolu 3(1)(a) m'għandux jeħtieġ din l-evidenza dokumentata, imma l-oriġinali ta' kull permess ta' importazzjoni m'għandux jingħata lill-applikant qabel ma jkun ippreżentat il-permess ta' l-esportazzjoni jew iċ-ċertifikat tar-ri-esportazzjoni;

(ċ) 

l-awtorità xjentifika kompetenti tkun sodisfatta li l-post mahsub li fih ikun ser jinżamm il-kampjun ħaj fil-post destinatarju jkun mgħammar adegwatament biex ikun ikkonservat u mhares kif għandu jkun;

(d) 

l-awtorità amministrattiva tkun sodisfatta li l-kampjun ma jkunx użat primarjament għal skopijiet kummerċjali;

(e) 

l-awtorità amministrattiva tkun sodisfatta, wara konsultazzjoni ma' l-awtorità xjentifika kompetenti, li ma jkunx hemm fatturi oħra li għandhom x'jaqsmu mal-konservazzjoni ta' l-ispeċi li jkunu opposti għall-ħruġ tal-permess ta' importazzjoni; u

(f) 

fil-każ ta' introduzzjoni mill-baħar, l-awtorità amministrattiva tkun sodisfatta li kull kampjun ħaj ikun imħejji u mibgħut bil-bahar b'mod li jnaqqaslu kemm jista' jkun ir-riskju ta' hsara, dannu għas-saħħa jew trattament ħażin.

Artikolu 4 2.
L-introduzzjoni fil-Komunità ta' kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness B għandha tkun suġġetta għat-twettiq tal-verifiki kollha meħtieġa u l-preżentazzjoni minn qabel, fl-uffiċju doganali tal-fruntiera fil-post ta' l-introduzzjoni, ta' permess ta' importazzjoni maħruġ mill-awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru destinatarju.

Il-permess ta' importazzjoni jista jinhareġ biss skond ir-restrizzjonijiet stabbiliti skond il-paragrafu 6 u meta:

(a) 

l-awtorità xjentifika kompetenti, wara li tkun eżaminat id — data disponibbli u kkkunsidrat kull opinjoni mill-Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika, tkun ta' l-opinjoni li l-introduzzjoni fil-Komunità ma jkollhiex effetti ħżiena fuq l-istatus ta' konservazzjoni ta' l-ispeċi jew dwar il-medda territorjali okkupata mill-popolazzjoni relevanti ta' l-ispeċi, waqt li jkunu meqjusa l-livelli kummerċjali tal-preżent u tal-ġejjieni. Din l-opinjoni għandha tkun valida għal importazzjonijiet sussegwenti sakemm l-aspetti msemmija hawn fuq ma jkunux tbiddlu sinifikament;

(b) 

l-applikant jagħti evidenza dokumentata li l-post mahsub biex jinżamm fih il-kampjun ħaj fil-post destinatarju jkun mgħammar adegwatament biex ikun ikkonservat u mhares kif għandu jkun;

(ċ) 

il-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 (b) (i), (e) u (f) ikunu ġew imharsa.

Artikolu 4 3.

L-introduzzjoni fil-Komunità ta' kampjuni ta' speċi elenkati fl-Anness C għandha tkun suġġetta għat-twettiq tal-verifiki kollha meħtieġa u l-preżentazzjoni minn qabel, fl-uffiċċju doganali tal-fruntiera fil-post ta' l-introduzzjoni, ta' notifika ta' importazzjoni u:

(a) 

fil-każ ta' esportazzjoni minn pajjiż imsemmi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispeċi kkonċernat fl-Anness C, l-applikant għandu jagħti evidenza dokumentata, permezz ta' permess ta' esportazzjoni maħruġ skond il-Konvenzjoni minn awtorità ta' dak il-pajjiż li tkun kompetenti għal dak il-għan, li l-kampjuni jkunu nkisbu skond il-leġislazzjoni nazzjonali dwar il-konservazzjoni ta' l-ispeċi ikkonċernati; jew

(b) 

fil-każ ta' esportazzjoni minn pajjiż li mhux imsemmi fir-rigward ta' l-ispeċi kkonċernati fl-Anness C jew ta' ri-esportazzjoni minn xi pajjiż, l-applikant għandu jippreżenta permess ta' esportazzjoni, ċertifikat ta' ri-esportazzjoni jew ċertifikat ta' oriġini maħruġ skond il-Konvenzjoni minn awtorità tal-pajjiż esportatur jew ri-esportatur li tkun kompetenti għal dak il-għan.

Artikolu 4 4.
L-introduzzjoni fil-Komunità ta' kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness D għandha tkun suġġett għat-twettiq tal-verifiki kollha meħtieġa u l-preżentazzjoni minn qabel ta' notifika ta' importazzjoni fl-uffiċċju doganali tal-fruntiera fil-post ta' l-introduzzjoni.
Artikolu 4 5.

Il-kondizzjonijiet għal ħruġ ta' permess ta' importazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 (a) u (d) u fil-paragrafu 2 (a), (b) u (c) m'għandhomx ikunu applikabbli għal kampjuni li dwarhom l-applikant ikun ta evidenza dokumentata:

(a) 

li kienu ġew introdotti legalment qabel fil-Komunità jew li nkisbu fiha u li dawn huma, sew jekk immodifikati u anki jekk le, qegħdin jerġgħu jiddaħhlu mill-ġdid fil-Komunità; jew

(b) 

li jkunu kampjuni maħduma li nkisbu aktar minn 50 sena qabel.

Artikolu 4 6.

B'konsultazzjoni mal-pajjiżi tal-oriġini kkonċernati, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2) u b'kont meħud ta' kull opinjoni mill-Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi restrizzjonijiet ġenerali, jew restrizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti pajjiżi ta' oriġini, dwar l-introduzzjoni fil-Komunità:

▼B

(a) 

fuq il-bażi tal-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 (a) (i) jew (e), ta' kampjuni ta' speċi elenkati fl-Anness A;

(b) 

fuq il-bażi tal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 (e) jew paragrafu 2 (a), ta' kampjuni ta' speċi elenkati fl-Anness B; u

(ċ) 

ta' kampjuni ħajjin ta' speċi elenkati fl-Anness B li jkollhom rata għolja ta' mortalità waqt il-ġarr bil-bahar jew li dwarhom ikun ġie stabbilit li dawn aktarx ma jkampawx fil-magħluq għal proporzjon konsiderevoli tat-tul tal-ħajja potenzjali tagħhom; jew

(d) 

ta' kampjuni ħajjin ta' speċi li dwarhom ikun ġie stabbilit li l-introduzzjoni tagħhom fl-ambjent naturali tal-Komunità toħloq theddida ekoloġika għall-ispeċi ta' fawna u flora salvaġġi li jkunu indiġeni għall-Komunità.

Il-Kummissjoni għandha fuq bażi ta' kull tlett xhur tippubblika lista ta' restrizzjonijiet bħal dawn, jekk ikun hemm, fil-Gurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4 7.
Fil-każi speċjali meta trasbord, trasferiment bl-ajru jew trasport bil-ferrovija jseħħu wara l-introduzzjoni fil-Komunità, derogi mit-twettiq tal-verifiki u l-preżentazzjonijiet ta' dokumenti ta' importazzjoni fl-uffiċċju doganali tal-fruntiera fil-post tal-introduzzjoni msemmijin fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jingħataw mill-Kummissjoni, sabiex jippermettu li jsiru verifiki u preżentazzjonijiet bħal dawk f'uffiċċju doganali ieħor nominat skont l-Artikolu 12(1).

Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18 (3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:31997R0338
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.