|
+Artikolu 4 1. |
Artikolu 4 1.L-introduzzjoni fil-Komunità ta' kampjuni ta' speċi elenkati fl-Anness A għandha tkun suġġetta għat-twettiq tal-verifiki meħtieġa u l-preżentazzjoni minn qabel, fl-uffiċċju doganali tal-fruntiera fil-post ta' l-introduzzjoni, ta' permess ta' importazzjoni maħruġ mill-awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru destinatarju. Il-permess ta' importazzjoni jista jkun maħruġ biss skond ir-restrizzjonijiet stabbiliti skond il-paragrafu 6 u meta dawn il-kondizzjonijiet ikunu ġew imharsa:
(a)
l-awtorità xjentifika kompetenti, wara li tkun ikkunsidrat kull opinjoni mill-Grupp Xjentifiku tar-Reviżjoni, tkun avżat li l-introduzzjoni fil-Komunità:
(i)
ma jkollhiex effett ħażin fuq l-istatus ta' konservazzjoni ta' l-ispeċi jew fuq il-medda territorjali okkupata mill-popolazzjoni relevanti ta' l-ispeċi;
(ii)
tkun qed isseħħ:
—
għall wieħed mill-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu 8(3)(e), (f) u (g), jew
—
għal għanijiet oħra li ma jkunux detrimentali għas-sopravivenza ta' l-ispeċi konċernati;
(b)
(i)
l-applikant jipprovdi evidenza dokumentata li l-kampjuni nkisbu skond il-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni ta' l-ispeċi konċernati li, fil-każ ta' importazzjoni minn pajjiż terz ta' kampjun ta' speċi elenkati fl-Appendiċi tal-Konvenzjoni, għandha tkun permess ta'esportazzjoni jew ri-esportazzjoni, jew kopja tagħhom, maħruġ skond il-Konvenzjoni mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż esportatur jew ri-esportatur;
(ii)
madankollu, il-ħruġ ta' permessi ta' importazzjoni għal speċi elenkati fl-Anness A skond l-Artikolu 3(1)(a) m'għandux jeħtieġ din l-evidenza dokumentata, imma l-oriġinali ta' kull permess ta' importazzjoni m'għandux jingħata lill-applikant qabel ma jkun ippreżentat il-permess ta' l-esportazzjoni jew iċ-ċertifikat tar-ri-esportazzjoni;
(ċ)
l-awtorità xjentifika kompetenti tkun sodisfatta li l-post mahsub li fih ikun ser jinżamm il-kampjun ħaj fil-post destinatarju jkun mgħammar adegwatament biex ikun ikkonservat u mhares kif għandu jkun;
(d)
l-awtorità amministrattiva tkun sodisfatta li l-kampjun ma jkunx użat primarjament għal skopijiet kummerċjali;
(e)
l-awtorità amministrattiva tkun sodisfatta, wara konsultazzjoni ma' l-awtorità xjentifika kompetenti, li ma jkunx hemm fatturi oħra li għandhom x'jaqsmu mal-konservazzjoni ta' l-ispeċi li jkunu opposti għall-ħruġ tal-permess ta' importazzjoni; u
(f)
fil-każ ta' introduzzjoni mill-baħar, l-awtorità amministrattiva tkun sodisfatta li kull kampjun ħaj ikun imħejji u mibgħut bil-bahar b'mod li jnaqqaslu kemm jista' jkun ir-riskju ta' hsara, dannu għas-saħħa jew trattament ħażin. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|