+Artikolu 5 Esportazzjoni jew ri-esportazzjoni mill-Komunità
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
|
Artikolu 5 Esportazzjoni jew ri-esportazzjoni mill-Komunità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
L-esportazzjoni jew ri-esportazzjoni mill-Komunità ta' kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness A għandhom ikunu suġġetti għat-twettiq tal-verifiki meħtieġa u l-preżentazzjoni minn qabel, fl-uffiċċju doganali li fihom ikunu saru l-formalitajiet ta' esportazzjoni, ta' permess ta' esportazzjoni jew ċertifikat ta' ri-esportazzjoni maħruġ minn awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru li fih jinsabu l-kampjuni.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Permess ta' esportazzjoni ta' kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness A jista jinħareġ biss meta l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu mharsa:
(a)
l-awtorità xjentifika kompetenti tkun avżat bil-miktub li l-qbid jew il-ġbir tal-kampjuni fl-ambjent naturali jew l-esportazzjoni tagħhom ma jkollux effett ħażin fuq l-istatus ta' konservazzjoni ta' l-ispeċi jew fuq il-medda territorjali okkupata mill-popolazzjoni relevanti ta' l-ispeċi;
(b)
l-applikant jipproduċi evidenza dokumentata li l-kampjuni jkunu nkisbu skond il-leġislazzjoni fis-sehh dwar il-protezzjoni ta' l-ispeċi in kwistjoni; meta l-applikazzjoni ssir lil Stat Membru għajr l-Istat Membru ta' l-oriġini, evidenza dokumentata bħal din għandha tingħata permezz ta' ċertifikat li jgħid li l-kampjun kien ittiehed mill-ambjent naturali skond il-leġislazzjoni fis-sehh fit-territorju tiegħu;
(ċ)
l-awtorità amministrattiva tkun sodisfatta li:
(i)
kull kampjun ħaj ikun imħejji u mibgħut bil-bahar b'mod li jnaqqaslu r-riskju ta' ħsara, dannu għas-saħħa jew trattament ħażin; u
(ii)
—
il-kampjuni ta' speċi mhux elenkati fl-Anness I tal-Konvenzjoni ma jkunux sejrin jintużaw primarjament għal skopijiet kummerċjali, jew
—
fil-każ ta' esportazzjoni lejn Stat li jkun Parti għall-Konvenzjoni ta' kampjuni ta' l-ispeċi msemmijin fl-Artikolu 3(1)(a) ta' dan ir-Regolament, permess ta' importazzjoni jkun inhareġ;
u
(d)
l-awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru tkun sodisfatta, wara konsultazzjoni ma' l-awtorità xjentifika kompetenti, li ma jkunx hemm fatturi oħra li għandhom x'jaqsmu mal-konservazzjoni ta' l-ispeċi li jkunu opposti għall-ħruġ tal-permess ta' esportazzjoni.
|
|
Artikolu 5 3.
|
Ċertifikat ta' ri-esportazzjoni jista jinħareġ biss meta l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 (c) u (d) ikunu tħarsu u meta l-applikant jipproduċi evidenza dokumentata li l-kampjuni:
(a)
iddahhlu fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;
(b)
jekk iddahhlu fil-Komunità qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kienu ddaħħlu skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (EKE) Nru 3626/82; jew
(ċ)
jekk iddaħħlu fil-Komunità qabel l-1984, daħlu fil-kummerċ internazzjonali skond id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni; jew
(d)
kienu ddaħħlu legalment fit-territorju ta' Stat Membru qabel ma d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti msemmijin f' (a) u (b) tal-Konvenzjoni kienu saru applikabbli għalihom, jew li jkunu saru applikabbli f'dak l-Istat Membru.
|
|
Artikolu 5 4.
|
L-esportazzjoni jew ri-esportazzjoni mill-Komunità ta' kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Annessi B u C għandhom ikunu suġġetti għat-twettiq tal-verifiki meħtieġa u l-preżentazzjoni minn qabel, fl-uffiċċju doganali li fih ikunu saru l-formalitajiet ta' l-esportazzjoni, ta' permess ta' esportazzjoni jew ċertifikat ta' ri-esportazzjoni maħruġ minn awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsabu l-kampjuni. Permess ta' esportazzjoni jista jinħareġ biss meta l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 (a), (b), (c) (i) u (d) ikunu ġew imharsa. Ċertifikat ta' ri-esportazzjoni jista jinħareġ biss meta l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 (c) u (d) u fil-paragrafu 3 (a) sa (d) jkunu ġew imharsa.
|
|
Artikolu 5 5.
|
Meta applikazzjoni għal ċertifikat ta' ri-esportazzjoni tkun dwar kampjuni introdotti fil-Komunità permezz ta' permess ta' importazzjoni maħruġ minn xi Stat Membru ieħor, l-awtorità amministrattiva għandha l-ewwel tikkonsulta mal-awtorità amministrattiva li tkun ħarġet il-permess. Il-proċeduri ta' konsultazzjoni u l-każi li dwarhom tkun meħtieġa konsultazzjoni għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu18 (3).
|
|
Artikolu 5 6.
|
Il-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' permess ta' esportazzjoni jew ċertifikat ta' ri-esportazzjoni kif imsemmijin fil-paragrafu 2 (a) u (c) (ii) m'għandhomx ikunu applikabbli għal:
(i)
kampjuni mahduma li kienu nkisbu aktar minn 50 sena qabel; jew
(ii)
kampjuni mejta u partijiet u derivattivi minnhom li dwarhom l-applikant jipproduċi evidenza dokumentata li dawn kienu nkisbu legalment qabel ma d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jew tar-Regolament (KEE) Nru 3626/82 jew tal-Konvenzjoni, kienu saru applikabbli għalihom.
|
|
Artikolu 5 7.
|
(a)
L-awtorità xjentifika kompetenti ta' kull Stat Membru għandha timmonitorja l-ħruġ ta' permessi ta' esportazzjoni minn dak l-Istat Membru dwar kampjuni elenkati fl-Anness B u esportazzjonijiet attwali ta' dawk il-kampjuni. Kull meta awtorità xjentifika bħal din tiddeċiedi li l-esportazzjoni ta' kampjuni ta' xi speċi għandha tkun limitata sabiex dik l-ispeċi tinżamm fil-gruppi kollha tagħha f'livell konsistenti mar-rwol tagħha fl-eko-sistema li tkun fiha, u 'l fuq sew mill-livell li fih dik l-ispeċi tista' tkun eliġibbli biex tkun inkluża fl-Anness A skond l-Artikolu 3(1)(a) jew (b) (i), l-awtorità xjtentifika għandha tagħti parir lill-awtorità amministrattiva kompetenti, bil-miktub, dwar miżuri xierqa li għandhom jittieħdu biex tillimita l-ħruġ ta' permessi għal kampjuni ta' dak l-ispeċi.
▼M14
(b)
Kull meta awtorità amministrattiva tkun infurmata bil-miżuri msemmijin f'(a), din għandha tinforma u tibgħat kummenti lill-Kummissjoni li trid, jekk xieraq, tirrakkomanda restrizzjonijiet dwar esportazzjonijiet tal-ispeċi konċernata skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).
▼B
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:31997R0338
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|