|
+Artikolu 7 1. |
Artikolu 7 1.
Kampjuni mwielda u mrobbija fil-magħluq jew imnissla artifiċjalment
(a)
Ħlief meta l-Artikolu 8 ikun applikabbli, kampjuni ta' speċi elenkati fl-Anness A li kienu twieldu u trabbew fil-magħluq jew tnisslu artifiċjalment għandhom ikunu ttrattati skond id-dispożizzjonijiet applikabbli għal kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness B.
(b)
Fil-każ ta' pjanti mnissla artifiċjalment, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 4 u 5 jistgħu jitwarrbu permezz ta' kondizzjonijiet speċjali preskritti mill-Kummissjoni, li għandhom x'jaqsmu ma:
(i)
l-użu ta' ċertifikati fitosanitarji;
(ii)
negozju minn negozjanti kummerċjali reġistrati u mil-istituzzjonijiet xjentifiċi msemmijin fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu; u
(iii)
negozju f'ibridi.
(ċ)
Il-kriterji biex ikun determinat jekk kampjun ikunx twieled jew trabba fil-magħluq jew jekk ikunx tnissel artifiċjalment u jekk huwiex għal għanijiet kummerċjali, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċjali msemmijin f'(b), għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18 (3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|