+Artikolu 7 Derogi
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.

Artikolu 7 Derogi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
Kampjuni mwielda u mrobbija fil-magħluq jew imnissla artifiċjalment
(a) 

Ħlief meta l-Artikolu 8 ikun applikabbli, kampjuni ta' speċi elenkati fl-Anness A li kienu twieldu u trabbew fil-magħluq jew tnisslu artifiċjalment għandhom ikunu ttrattati skond id-dispożizzjonijiet applikabbli għal kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness B.

(b) 

Fil-każ ta' pjanti mnissla artifiċjalment, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 4 u 5 jistgħu jitwarrbu permezz ta' kondizzjonijiet speċjali preskritti mill-Kummissjoni, li għandhom x'jaqsmu ma:

(i) 

l-użu ta' ċertifikati fitosanitarji;

(ii) 

negozju minn negozjanti kummerċjali reġistrati u mil-istituzzjonijiet xjentifiċi msemmijin fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu; u

(iii) 

negozju f'ibridi.

(ċ) 

Il-kriterji biex ikun determinat jekk kampjun ikunx twieled jew trabba fil-magħluq jew jekk ikunx tnissel artifiċjalment u jekk huwiex għal għanijiet kummerċjali, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċjali msemmijin f'(b), għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18 (3).

Artikolu 7 2.
Transitu
(a) 

B'deroga mill-Artikolu 4, meta kampjun ikun fi transitu fil-Komunità, verifiki u preżentazzjoni fl-uffiċċju doganali tal-fruntiera fil-post ta' l-introduzzjoni preskritt fuq il-permessi, ċertifikati u notifiki m'għandhomx ikunu meħtieġa.

(b) 

Fil-każ ta' l-ispeċi elenkati fl-Annessi skond l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3(2)(a) u (b), id-deroga msemmija f' (a) għandha tkun applikabbli biss meta dokument validu ta' esportazzjoni jew ri-esportazzjoni li hemm dispożizzjoni dwaru mill-Konvenzjoni, li għandu x'jaqsam ma kampjuni li jkunu flimkien miegħu u li jispeċifika d-destinazzjoni tal-kampjuni, ikun inhareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur jew ri-esportatur.

(ċ) 

Jekk id-dokument imsemmi f'(b) ma jkunx inħareġ qabel l-esportazzjoni jew ri-esportazzjoni, il-kampjun għandu jinqabad u jista', fejn applikabbli, jiġi kkonfiskat sakemm id-dokument ma jintbgħatx retrospettivament bi qbil mal-kundizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18 (3).

Artikolu 7 3.
Oġġetti personali jew domestiċi

B'deroga mill-Artikoli 4 u 5, id-dispożizzjonijiet li hemm fihom m'għandhomx ikunu applikabbli għal kampjuni mejta, partijiet u derivattivi ta' speċi msemmija fl-Annessi A sa D li jkunu oġġetti personali jew domestiċi li jkunu qed jiddaħħlu fil-Komunità, jew esportati jew ri-esportati minnha, b'konformità mad-dispożizzjonijiet li għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18 (3).

Artikolu 7 4.
Istituzzjonijiet xjentifiċi

Id-dokumenti msemmijin fl-Artikoli 4, 5, 8 u 9 m'għandhomx ikunu meħtieġa fil-każ ta' self mhux kummerċjali, donazzjonijiet u skambji bejn xjenzjati u istituzzjonijiet xjentifċi, reġistrati mill-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati li fihom ikunu jinsabu, ta' kampjuni ta' erbarju u kampjuni oħra priżervati, imnixxfa jew kampjuni mwaħħlin f'mużewijiet, u ta' materjal ħaj ta' pjanti, li jkollu tikketta, li l-mudell tagħha kien ġie determinat skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2) jew tikketta simili maħruġa jew approvata mill-awtorità amministrattiva ta' pajjiż terz.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:31997R0338
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.