|
+Artikolu 7 2. |
Artikolu 7 2.
Transitu
(a)
B'deroga mill-Artikolu 4, meta kampjun ikun fi transitu fil-Komunità, verifiki u preżentazzjoni fl-uffiċċju doganali tal-fruntiera fil-post ta' l-introduzzjoni preskritt fuq il-permessi, ċertifikati u notifiki m'għandhomx ikunu meħtieġa.
(b)
Fil-każ ta' l-ispeċi elenkati fl-Annessi skond l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3(2)(a) u (b), id-deroga msemmija f' (a) għandha tkun applikabbli biss meta dokument validu ta' esportazzjoni jew ri-esportazzjoni li hemm dispożizzjoni dwaru mill-Konvenzjoni, li għandu x'jaqsam ma kampjuni li jkunu flimkien miegħu u li jispeċifika d-destinazzjoni tal-kampjuni, ikun inhareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur jew ri-esportatur.
(ċ)
Jekk id-dokument imsemmi f'(b) ma jkunx inħareġ qabel l-esportazzjoni jew ri-esportazzjoni, il-kampjun għandu jinqabad u jista', fejn applikabbli, jiġi kkonfiskat sakemm id-dokument ma jintbgħatx retrospettivament bi qbil mal-kundizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18 (3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|