+Artikolu 8 3.

Artikolu 8 3.

Skond il-ħtiġijiet ta' leġislazzjoni oħra tal-Komnunità dwar il-konservazzjoni ta' fawna u flora salvaġġi, eżenzjoni mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tista' tingħata bil-ħruġ ta' ċertifikat għal dak l-iskop mill-awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru li fih ikunu jinsabu l-kampjuni, fuq il-bażi ta' każ każ meta l-kampjuni:

(a) 

kienu nkisbu jew iddaħħlu fil-Komunità qabel ma d-dispożizzjonijiet dwar l-ispeċi elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni jew fl-Anness C1 tar-Regolament (KEE) Nru 3626/82 jew fl-Anness A, kienu saru applikabbli għall-kampjuni; jew

(b) 

huma kampjuni mahduma li kienu nkisbu aktar minn 50 sena qabel; jew

(ċ) 

kienu ġew introdotti fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u li ser ikunu wżati għal skopijiet li mhumiex detrimentali għas-sopravivenza ta' l-ispeċi kkonċernati; jew

(d) 

kienu kampjuni li twieldu u trabbew fil-magħluq ta' speċi ta' annimali jew kampjuni ta' speċi mnisslin artifiċjalment jew partijiet jew derivattivi ta' kampjuni bħal dawk; jew

(e) 

ikunu meħtieġa f'ċirkostanzi eċċezzjonali għall-progress tax-xjenza jew għal skopijiet bijomediċi essenzjali skond id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta' l-24 ta' Nobembru 1986 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri rigward il-protezzjoni ta' annimali użati għal għanijiet sperimentali u għanijiet xjentifiċi oħra ( 1 ) meta l-ispeċi in kwistjoni turi li tkun l-unika wahda addattata għal dawk l-għanijiet u meta ma jkunx hemm kampjuni ta' l-ispeċi li jkunu twieldu u trabbew fil-magħluq; jew

(f) 

ikunu mahsuba għal għanijiet ta' trobbija jew tnissil li bihom jiżdiedu l-benefiċċji ta' konservazzjoni għall-ispeċi kkonċernati; jew

(g) 

ikunu mahsuba għal riċerka jew edukazzjoni immirata lejn il-priservazzjoni jew konservazzjoni ta' l-ispeċi; jew

(h) 

joriġinaw fi Stat Membru u jkunu ttiehdu mill-ambjent naturali skond il-leġislazzjoni fis-seħħ ta' dak l-Istat Membru.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:31997R0338
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.