+Artikolu 8 Dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontroll ta' attivitajiet kummerċjali
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
|
Artikolu 8 Dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontroll ta' attivitajiet kummerċjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Ix-xiri, l-offerta għax-xiri, il-ksib għal għanijiet kummerċjali, il-wiri fil-pubbliku għal skopijiet kummerċjali, l-użu għal qliegħ u l-bejgħ kummerċjali, iż-żamma għall-bejgħ, l-offerta għal bejgħ jew it-trasport għal bejgħ ta' kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness A għandu jkun projbit.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Stati Membri jistgħu jipprojbixxu li wiehed iżomm kampjuni, partikolarment ta' annimali ħajjin ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness A.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Skond il-ħtiġijiet ta' leġislazzjoni oħra tal-Komnunità dwar il-konservazzjoni ta' fawna u flora salvaġġi, eżenzjoni mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tista' tingħata bil-ħruġ ta' ċertifikat għal dak l-iskop mill-awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru li fih ikunu jinsabu l-kampjuni, fuq il-bażi ta' każ każ meta l-kampjuni:
(a)
kienu nkisbu jew iddaħħlu fil-Komunità qabel ma d-dispożizzjonijiet dwar l-ispeċi elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni jew fl-Anness C1 tar-Regolament (KEE) Nru 3626/82 jew fl-Anness A, kienu saru applikabbli għall-kampjuni; jew
(b)
huma kampjuni mahduma li kienu nkisbu aktar minn 50 sena qabel; jew
(ċ)
kienu ġew introdotti fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u li ser ikunu wżati għal skopijiet li mhumiex detrimentali għas-sopravivenza ta' l-ispeċi kkonċernati; jew
(d)
kienu kampjuni li twieldu u trabbew fil-magħluq ta' speċi ta' annimali jew kampjuni ta' speċi mnisslin artifiċjalment jew partijiet jew derivattivi ta' kampjuni bħal dawk; jew
(e)
ikunu meħtieġa f'ċirkostanzi eċċezzjonali għall-progress tax-xjenza jew għal skopijiet bijomediċi essenzjali skond id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta' l-24 ta' Nobembru 1986 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri rigward il-protezzjoni ta' annimali użati għal għanijiet sperimentali u għanijiet xjentifiċi oħra (
1
) meta l-ispeċi in kwistjoni turi li tkun l-unika wahda addattata għal dawk l-għanijiet u meta ma jkunx hemm kampjuni ta' l-ispeċi li jkunu twieldu u trabbew fil-magħluq; jew
(f)
ikunu mahsuba għal għanijiet ta' trobbija jew tnissil li bihom jiżdiedu l-benefiċċji ta' konservazzjoni għall-ispeċi kkonċernati; jew
(g)
ikunu mahsuba għal riċerka jew edukazzjoni immirata lejn il-priservazzjoni jew konservazzjoni ta' l-ispeċi; jew
(h)
joriġinaw fi Stat Membru u jkunu ttiehdu mill-ambjent naturali skond il-leġislazzjoni fis-seħħ ta' dak l-Istat Membru.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Derogi ġenerali mill-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ibbażati fuq il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3, kif ukoll derogi ġenerali dwar speċi elenkati fl-Anness A skont il-punt (ii) tal-Artikolu 3(1)(b) jistgħu jkunu definiti mill-Kummissjoni. Tali derogi għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' liġijiet Komunitarji oħra dwar il-konservazzjoni ta' fawna u flora salvaġġi. Dawk il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(3).
|
|
Artikolu 8 5.
|
Il-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ukoll ikunu applikabbli għal kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness B ħlief meta jkun jista jiġi ppruvat għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat li dawk il-kampjuni kienu nkisbu u, jekk kienu joriġinaw minn barra l-Komunità, li kienu ġew introdotti fiha, skond il-leġislazzjoni fis-seħħ dwar il-konservazzjoni ta' fawna u flora salvaġġi.
|
|
Artikolu 8 6.
|
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandu jkollhom id-diskrezzjoni li jbiegħu kull kampjun ta' l-ispeċi elenkati fl-Annessi B sa D li jkunu kkonfiskaw permezz ta' dan ir-Regolament, basta li b'hekk ma jerġax ikun mogħti lura lill-dik il-persuna jew entità li minn għandha jkun ġie kkonfiskat jew li kienet parti fl-offiża. Kampjuni bħal dawn jistgħu imbagħad ikunu kkunsidrati għall-għanijiet kollha bhallikieku kienu nkisbu legalment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:31997R0338
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|