+Artikolu 16 Sanzjonijiet
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.

Artikolu 16 Sanzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.

Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jassiguraw l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet mill-anqas dwar il-ksur li ġej ta' dan ir-Regolament:

(a) 

l-introduzzjoni fil-, jew l-esportazzjoni jew ir-ri-esportazzjoni mill-Komunità ta' kampjuni mingħajr il-permess jew ċertifikat indikat jew b'xi permess jew ċertifikat falz, iffalzifikat jew invalidu jew wieħed li jkun alterat mingħajr awtorizzazzjoni ta' l-awtorità tal-ħruġ;

(b) 

nuqqas ta' konformità ma' l-istipulazzjonijiet speċifikati fuq xi permess jew ċertifikat maħruġ skond dan ir-Regolament;

(ċ) 

dikjarazzjoni falza jew l-għoti b'qerq ta' informazzjoni falza għall-ksib ta' permess jew ċertifikat;

(d) 

l-użu ta' permess jew ċertifikat falz, iffalzifikat jew invalidu jew wieħed li jkun alterat mingħajr awtorizzazzjoni bħala bażi għall-ksib ta' permess jew ċertifikat tal-Komunità jew għal xi skop uffiċjali ieħor b'konnessjoni ma' dan ir-Regolament;

(e) 

nuqqas ta' notifika ta' importazzjoni jew notifika falza ta' importazzjoni;

(f) 

tagħbija bil-bahar ta' kampjuni ħajjin li ma jkunux imħejjija kif xieraq biex jitnaqqsu r-riskji ta' ħsara, id-dannu għas-saħħa jew trattament ħażin;

(g) 

l-użu ta' kampjuni ta' speċi elenkati fl-Anness A li mhux skond l-awtorizzazzjoni mogħtija waqt il-ħruġ tal-permess ta' importazzjoni jew sussegwentament;

(h) 

in-negozju fi pjanti mnisslin artifiċjalment kuntrarju għad-dispożizzjonijiet preskritti skond l-Artikolu 7(1)(b);

(i) 

tagħbija ta' kampjuni fi, jew 'il barra minn, jew fi transitu fit-territorju tal-Komunità mingħajr il-permess jew ċertifikat mehtieġ maħruġ skond dan ir-Regolament u, fil-każ ta' esportazzjoni jew ri-esportazzjoni minn pajjiż terz Parti għall-Konvenzjoni, skond dan, jew mingħajr prova sodisfaċenti dwar l-eżistenza ta' permess jew ċertifikat bħal dak;

(j) 

ix-xiri, l-offerta għax-xiri, il-ksib għal skopijiet kummerċjali, l-użu għal qliegħ kummerċjali, il-wiri fil-pubbliku għal skopijiet kummerċjali, il-bejgħ, iż-żamma għall-bejgħ, l-offerta għal bejgħ jew it-trasport għal bejgħ ta' kampjuni b'kontravenzjoni ta' l-Artikolu 8;

(k) 

l-użu ta' permess jew ċertifikat għal xi kampjun għajr dak li għalih ikun inħareġ;

(l) 

il-falzifikazzjoni jew alterazzjoni ta' xi permess jew ċertifikat maħruġ skond dan ir-Regolament;

(m) 

in-nuqqas li jkun dikjarat ir-rifjut ta' applikazzjoni għal permess jew ċertifikat ta' importazzjoni fi, jew esportazzjoni jew ri-esportazzjoni mill-Komunità, skond l-Artikolu 6(3).

Artikolu 16 2.
Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhomn jixirqu lin-natura u l-gravità tal-ksur u għandhom jinkludu dispożizzjonijiet rgward il-qbid u, fejn xieraq, il-konfiska tal-kampjuni.
Artikolu 16 3.

Meta kampjun ikun ikkonfiskat, dan għandu jitħalla f'idejn l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tal-konfiska li:

(a) 

wara konsultazzjoni ma' l-awtorità xjentifika ta' dak l-Istat Membru, għandu jqiegħed jew b'mod ieħor jiddisponi minn kampjun taht kondizzjonijiet li hu jħoss li jkunu xierqa u konsistenti ma' l-iskopijiet u d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni u ta' dan ir-Regolament; u

(b) 

fil-każ ta' kampjun ħaj li jkun ġie introdott fil-Komunità, jista', wara konsultazzjoni ma' l-Istat esportatur, jibgħat il-kampjun lura lejn dak l-Istat spejjeż tal-persuna misjuba ħatja.

Artikolu 16 4.
Meta kampjun ħaj ta' speċi elenkata fl-Anness B jew C jasal fil-post ta' l-introduzzjoni fil-Komunità mingħajr il-permess jew ċertifikat validu kif mehtieġ, il-kampjun għandu jinqabad u jista jkun ikkonfiskat jew, jekk il-kunsinnatarju jirrifjuta li jaċċetta l-kampjun, l-awtortajiet kompetenti ta' l-Istat Membru responsabbli għall-post ta' l-introduzzjoni jista', jekk ikun il-każ, jirrifjuta li jaċċetta l-konsenja u jobbliga lil min iġorr biex jieħu lura l-kampjun lejn il-post mnejn telqu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:31997R0338
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.