|
+Artikolu 16 1. |
Artikolu 16 1.Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jassiguraw l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet mill-anqas dwar il-ksur li ġej ta' dan ir-Regolament:
(a)
l-introduzzjoni fil-, jew l-esportazzjoni jew ir-ri-esportazzjoni mill-Komunità ta' kampjuni mingħajr il-permess jew ċertifikat indikat jew b'xi permess jew ċertifikat falz, iffalzifikat jew invalidu jew wieħed li jkun alterat mingħajr awtorizzazzjoni ta' l-awtorità tal-ħruġ;
(b)
nuqqas ta' konformità ma' l-istipulazzjonijiet speċifikati fuq xi permess jew ċertifikat maħruġ skond dan ir-Regolament;
(ċ)
dikjarazzjoni falza jew l-għoti b'qerq ta' informazzjoni falza għall-ksib ta' permess jew ċertifikat;
(d)
l-użu ta' permess jew ċertifikat falz, iffalzifikat jew invalidu jew wieħed li jkun alterat mingħajr awtorizzazzjoni bħala bażi għall-ksib ta' permess jew ċertifikat tal-Komunità jew għal xi skop uffiċjali ieħor b'konnessjoni ma' dan ir-Regolament;
(e)
nuqqas ta' notifika ta' importazzjoni jew notifika falza ta' importazzjoni;
(f)
tagħbija bil-bahar ta' kampjuni ħajjin li ma jkunux imħejjija kif xieraq biex jitnaqqsu r-riskji ta' ħsara, id-dannu għas-saħħa jew trattament ħażin;
(g)
l-użu ta' kampjuni ta' speċi elenkati fl-Anness A li mhux skond l-awtorizzazzjoni mogħtija waqt il-ħruġ tal-permess ta' importazzjoni jew sussegwentament;
(h)
in-negozju fi pjanti mnisslin artifiċjalment kuntrarju għad-dispożizzjonijiet preskritti skond l-Artikolu 7(1)(b);
(i)
tagħbija ta' kampjuni fi, jew 'il barra minn, jew fi transitu fit-territorju tal-Komunità mingħajr il-permess jew ċertifikat mehtieġ maħruġ skond dan ir-Regolament u, fil-każ ta' esportazzjoni jew ri-esportazzjoni minn pajjiż terz Parti għall-Konvenzjoni, skond dan, jew mingħajr prova sodisfaċenti dwar l-eżistenza ta' permess jew ċertifikat bħal dak;
(j)
ix-xiri, l-offerta għax-xiri, il-ksib għal skopijiet kummerċjali, l-użu għal qliegħ kummerċjali, il-wiri fil-pubbliku għal skopijiet kummerċjali, il-bejgħ, iż-żamma għall-bejgħ, l-offerta għal bejgħ jew it-trasport għal bejgħ ta' kampjuni b'kontravenzjoni ta' l-Artikolu 8;
(k)
l-użu ta' permess jew ċertifikat għal xi kampjun għajr dak li għalih ikun inħareġ;
(l)
il-falzifikazzjoni jew alterazzjoni ta' xi permess jew ċertifikat maħruġ skond dan ir-Regolament;
(m)
in-nuqqas li jkun dikjarat ir-rifjut ta' applikazzjoni għal permess jew ċertifikat ta' importazzjoni fi, jew esportazzjoni jew ri-esportazzjoni mill-Komunità, skond l-Artikolu 6(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|